Coming Up Fri 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Aġġornament dwar il-COVID-19: Fi New South Wales jitnieda programm pilota għar-ritorn ta’ studenti internazzjonali, waqt li f’Victoria se jinfetħu aktar postijiet fejn tittieħed it-tilqima tal-Moderna

Victorian Police officers patrol through Bourke Street Mall ahead of a planned rally in Melbourne, Friday, September 24, 2021. Source: AAP/James Ross

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-24 ta’ Settemberu 2021.

  • Fi NSW, terz tat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena ħadu l-ewwel doża tat-tilqima
  • F’Victoria jitħabbru aktar dożi tal-vaċċin Moderna
  • Tikber il-lista ta’ postijiet li setgħu kienu esposti għall-virus fl-ACT
  • Ħamsin fil-mija tan-nies eliġibbli fl-Awstralja ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,043 każ lokali ġdid u 11-il mewt.  

Fi NSW tnieda programm pilota biex iġib lura madwar 500 studenti internazzjonali li huma mlaqqma bil-vaċċin Pfizer, Moderna jew AstraZeneca.  

Traċċi tal-COVID-19 instabu f’kampjuni tad-drenaġġ minn Lightning Ridge fil-punent ta’ NSW, Jindabyne fin-nofsinhar ta’ NSW, Crookwell fin-Nofsinhar tat- Tablelands, u South Lismore fit-tramuntana ta’ NSW.

Ikklikkja biex  tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.  

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 733 każ lokali ġdid, b’84 fil-mija ta’ dawk infettati huma taħt il-50 sena. Mietet persuna waħda.  

Il-Ministru tas-Saħħa Martin Foley jgħid li aktar minn 700 spiżerija mal-istat kollu se jirċievu aktar minn 300,000 doża tal-Moderna fil-ġimgħat li ġejjin. Madwar 32,000 doża addizzjonali tal-vaċċin Moderna se jkunu allokati wkoll, f’postijiet tat-tilqim u jkunu disponibbli għal dawk bejn it-12 u l-59 sena.

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim  viċin tiegħek.

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.

Ners li kienet imlaqqma minn Calvary Haydon Retirement Community fit-tramuntana ta’ Canberra ttestjat pożittiv għall-COVID-19. Fl-ACT issa hemm madwar 450  post li setgħu kienu esposti għall-virus

Ikklikkja hawnhekk biex  tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.  

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • Il-provi tal-kwarantina fid-dar fit-Tasmanja se jibdew illum, bil-vjaġġaturi jkollhom isegwu r-regoli bħal li jittestjaw negattiv għall-COVID-19 u li jkollhom trasport privat mill-ajruport biex jevitaw li jużaw is-servizzi pubbliċi. 
    COVID-19 myths
    SBS

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 

 

This story is also available in other languages.