Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-23 ta’ Novembru 2021.
- In-Northern Territory se jibqa’ l-lockdown jew lockout sal-4 ta’ Diċembru wara li fl-istat kienu rreġistrati 3 każi oħra lokali ġodda, li wieħed minnhom kien ta’ tarbija.
- Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk tgħid li vjaġġi ta’ malajr lejn Sydney ‘m’humiex permessi’ sakemm fi Queensland ikun hemm 90 fil-mija tal-popolazzjoni mlaqqma.
- Fi NSW qed ikun mitlub li jkun hemm taqliba sħiħa fis-sistema tal-ittestjar għal vjaġġaturi domestiċi.
- F’South Australia infetaħ l-ivvjaġġar mingħajr kwarantina għal vjaġġaturi minn NSW, ACT u Victoria. 43,000 vjaġġatur applikaw permezz tal-websajt EntryCheck mill-Ġimgħa fil-għaxija.
- Dawk li jivvaġġaw minn Inħawi tal-Gvern Lokali b’anqas minn 80 fil-mija tar-rata tat-tilqim u trasmissjoni tal-virus fil-komunità jkunu jridu jagħmlu kwarantina f’South Australia.
- Fil-Victoria kienu rreġistrati 827 każ lokali u 19-il mewt. Minn dawk li mietu, 17 ma kinux imlaqqma.
- Fi NSW kienu rreġistrati 173 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.
- Fl-ACT kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.
Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 b’diversi lingwi
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament: Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
NSW
Victoria
Queensland
South Australia
ACT
Western Australia
Tasmania
Northern Territory