Coming Up Tue 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Aġġornament dwar il-COVID-19 – It-Tasmanja u South Australia se jnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-fruntiera

Adelaide may soon be bustling with visitors as travellers from LGAs with above 80 per cent can now travel to South Australia. Source: Getty Images

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-19 ta’ Novembru 2021.

  • South Australia se tiftaħ il-fruntieri tagħha nhar it-Tlieta, 23 ta’ Novembru, imma dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw minn Inħawi tal-Gvern Lokali b’anqas minn 90 fil-mija tar-rata tat-tilqim ma jkunux permessi jattendu postijiet ta’ riskju għoli bħal kura ta’ hospice u l-Adelaide Ashes test.
  • Dawk li jivvjaġġaw minn Victoria, NSW u l-ACT ikunu jridu jiċċekkjaw għas-sintomi kull 14-il ġurnata permezz tal-app tat-telefown f’South Austrlia.
  • Il-Premier ta’ NSW Dominic Perrottet jgħid li sal-15 ta’ Diċembru, kważi r-restrizzjonijiet kollha fl-istat jitneħħew.
  • It-Tasmanja se tneħħi r-restrizzjonijiet dwar iż-żfin u x-xorb f’avvenimenti, pubs u klabbs mis-6 ta’ Diċembru għal dawk li huma mlaqqma kompletament. L-istat se jiftaħ il-fruntieri ma’ postijiet bil-periklu tal-virus fil-15 ta’ Diċembru.
  • It-Tasmanja se tniedi ‘kampanja ta’ tilqim ta’ 5 ijiem’ biex tħajjar liż-żgħażagħ jitlaqqmu billi toffrilhom iPhones u iPads

STATISTIKA DWAR IL-COVID: 

  • Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,273 każ lokali u tmien imwiet.
  • Fi NSW kienu rreġistrati 216 każ lokali ġdid fil-komunità u tliet imwiet.
  • Fl-ACT kienu rreġistrati 17-il każ lokali ġdid u żewġt imwiet fin-NT

Kwarantina u restrizzjonijiet skont l-istati:

Iċċekkja x’tista’ tagħmel u x’ma tistax tagħmel fl-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar il-Covid-19 u l-ivvjaġġar  b’lingwi differenti

Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment tal-COVID-19 meta kull stat jilħaq 70 u 80 fil-mija tat-tilqim:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia bil-lingwa tiegħek


Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


 

This story is also available in other languages.