Coming Up Fri 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Aġġornament dwar il-COVID-19: L-ACT jestendi l-lockdown għat-tielet darba

Mtu asukuma kifaa chenye bidhaa, katika eneo la maduka lililo tupu mjini Canberra, Jumatano, Agosti 25, 2021. Source: AAP Image/Lukas Coch

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-14 ta’ Settembru 2021.

  • Fi NSW estiżi l-ħlasijiet ta’ sapport tal-COVID-19
  • F’Victoria jitħabbru aktar fondi bħala sapport għas-saħħa mentali
  • Il-lockdown fl-ACT estiż sal-15 ta’ Ottubru
  • Fi Queensland irreġistrat każ ġdid fil-komunità

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,127 każ ġdid fil-komunità u żewġ imwiet. 

Wara li l-bieraħ kien identifikat każ tal-COVID-19 fil-Kunsill ta’ Yass Valley, ingħataw ordnijiet biex dawk kollha li joqogħdu jew kienu fl-inħawi nhar jew wara d-9 ta’ Settembru joqogħdu ġewwa.

NSW Health iħeġġu lir-residenti ta’ Young fid-distrett tas-saħħa lokali ta’ Murrumbidgee biex jittestjaw għall-virus, billi l-virus instab f’impjant tad-drenaġġ. Ma kienu rreġistrati l-ebda każi magħrufa f’dik il-komunità.

 Il-ħlasijiet ta’ sapport tal-Covid-19  kienu estiżi għall-ħaddiema u komunitajiet vulnerabbli, inklużi għotjiet għal gruppi kulturalment u lingwistikament diversi.  

Ikklikkja biex  tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek  illum. 

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 445 każ lokali ġdid u żewġ imwiet. Fl-istat issa hemm  3,799 każ attiv, b’85 fil-mija minnhom taħt il-50 sena.

Id-Deputat Premier James Merlino ħabbar pakkett ta’ $22.1 miljun biex jitwaqqfu servizzi tas-saħħa mentali f’Victoria reġjonali u f’Melbourne metropolitana.

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.      

Australian Capital Territory

Fit-territorju kienu rreġistrati 22 każ lokali ġdid.  

Il-lockdown se jkun estiż għal erba’ ġimgħat, b’aktar tibdil fir-restrizzjonijiet mis-17 ta’ Settembru, inkluż il-permess lin-negozji ż-żgħar li jkollhom sa ħamsa min-nies fuq il-post tax-xogħol f’kull ħin, jew persuna waħda kull erba’ metri kwadri.

Ikklikkja hawnhekk biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat-tilqima tal-COVID-19  jew biex tiċċekkja  l-pjanijiet ‘il quddiem fl-ACT.         

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
  • In-nies f’Western Australia li għandhom 60 sena jew aktar se jkunu eliġibbli għall-vaċċin Pfizer mill-ġimgħa d-dieħla.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory

 

 

This story is also available in other languages.