Coming Up Tue 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Aġġornament dwar il-COVID-19: NSW se jibda jnaqqas ir-restrizzjonijiet minn nhar it-Tnejn għal dawk li ħadu ż-żewġ tilqimiet

NSW Premier Gladys Berejiklian arrives to speak to the media during a press conference in Sydney, Friday, September 10, 2021. Source: AAP Image/Joel Carrett

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-10 ta’ Settembru 2021.

  • Instab il-COVID-19 fi nħawi reġjonali ta’ NSW fejn ma kienx hemm każi riċenti
  • Waqfien fis-servizzi tal-V/Line f’Victoria
  • Hemm aktar opportunitajiet biex tibbukkja tilqima fl-ACT
  • Queensland tirreġistra każ ġdid fil-komunità

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 1,542 każ lokali ġdid, u disa’ mwiet.   

Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, sa ħames residenti li jkunu mlaqqma kompletament barra t-12-il erja tal-gvern lokali (LGAs) ta’ tħassib  se jkunu permessi li jiltaqgħu barra. Dawk li joqogħdu f’dawn l-inħawi (LGAs) ta’ tħassib jistgħu joħorġu barra għal piknik jew rekreazzjoni ma’ membri oħra li joqogħdu fl-istess dar li jkunu mlaqqma kompletament għal satgħejn kuljum u jistgħu jdumu jagħmlu eżerċizzju kemm iridu.

Fdalijiet tal-COVID-19 instabu fid-drenaġġ f’impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f’ Tamworth, Lightning Ridge, Glen Innes, Culburra Beach u Moruya. 

Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, NSW Health se jipprovdu aġġornamenti onlajn bil-vidjo minflok il-konferenzi stampi diretti fil-1100.

Ikklikkja hawnhekk biex  tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.  

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 334 każ lokali ġdid. 149 każ kienu marbuta ma’ imxijiet tal-virus li nafu bihom. Persuna waħda mietet.

Kien hemm waqfien f’għoxrin servizz tal-V/Line wara li sewwieq tat-trejn li vvjaġġat minn Southern Cross Station għal Gippsland ittestja pożittiv għall- COVID-19. Mistenni li l-waqfien jista’ jaffettwa mitt servizz ieħor.

Sib  ċentru tat-tilqim   viċin tiegħek.

Australian Capital Territory

Fl-ACT kienu rreġistrati 24 każ lokali ġdid. Tal-anqas sitta minnhom kienu infettivi fil-komunità. 

L-awtoritajiet jistiednu lin-nies jibdlu l-appuntament tagħhom għal aktar kmieni biex jieħdu t-tilqima permezz ta’  MyDHR system. Hemm aktar minn 30,000 appuntament.                                                                                                     

Ikklikkja hawnhekk għal appuntament biex  tibbukkja t-tilqima tiegħek.  

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
  • Queensland irreġistrat każ wieħed lokali ġdid. Dan kien żagħżugħ li jattendi St Thomas More College fis-subborg ta’ Sunnybank fi Brisbane.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory