Coming Up Tue 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

COVID-19 fl-Awstralja: Il-vaċċin u informazzjoni li għandek tkun taf bil-lingwa tiegħek

L-SBS huwa impenjat li jipprovdi rappurtaġġ ta’ min joqgħod fuqu li jżommok infurmat dwar l-imxija tal-COVID-19 bil-lingwa tiegħek. Din l-informazzjoni tinkludi informozzjoni li għandu jkun jaf kulħadd fil-komunità. (Għall-aħħar informazzjoni segwi l-link hawn taħt).

Din l-informazzjoni kienet aġġornata l-aħħar darba fit-12/01/2020. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-COVID-19 bil-lingwa tiegħek żur: https://www.sbs.com.au/language/maltese/coronavirus-updates


Il-Vaċċin tal-COVID-19 fl-Awstralja

Il-Gvern Awstraljan huwa impenjat li jipprovdi lill-Awstraljani kollha b’aċċess għall-vaċċin sikur u effettiv tal-COVID-19 hekk kif ikun disponibbli. 

L-Awstralja għandha Strateġija Nazzjonali ta’ introduzzjoni u implimentazzjoni tal-COVID-19   li tidentifika:

  • Il-popolazzjoni li hija ta’ prijorità għat-tilqima, u l-fażijiet li l-vaċċin se jkun ipprovdut fl-Awstralja
  • Dettalji dwar kif il-vaċċin se jilħaq lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jaħdmu fuq quddiem, ħaddiema tal-kwarantina u l-fruntiera, u residenti fil-qasam tal-kura tal-anzjani u d-diżabilità
  • Postijiet inizjali, madwar l-Awstralja, fejn il-vaċċin se jkun amministrat.

Kun a fil-proċess tal-vaċċin fl-Awstralja  hawnhekk

Billi d-dożi tal-vaċċin għall-ewwel se jkunu limitati, il-gruppi bl-akbar prijorità se jkollhom aċċess għall-vaċċin l-ewwel waqt il-perjodu inizjali ta’ introduzzjoni u implimentazzjoni:

  • L-1 Fażi – Il-vaċċin Pfizer/BioNTech: ħaddiema tal-kwarantina u tal-fruntiera, ħaddiema fuq quddiem fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ħaddiema u residenti fil-qasam tal-kura tal-anzjani u dawk b’diżabilità.
  • It-2 Fażi -  Il-vaċċin Pfizer/BioNTech: Adulti anzjani ‘l fuq minn 70 sena, ħaddiema oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa, nies Aboriġini u Torres Strait Islander ‘il fuq minn 55 sena, adulti aktar żgħażagħ b’kundizzjonijiet ta’ mard kroniku, inklużi dawk b’diżabilità, ħaddiema f’riskju għoli tal-virus inklużi l-pulizija, ħaddiema tat-tifi tan-nar, fid-difiża, servizzi ta’ emerġenza u fl-ipproċessar tal-laħam.
  • It-3 Fażi – Il-vaċċin AstraZeneca u Novavax: Adulti li jkollhom aktar minn 50 sena, Aboriġini u Torres Strait Islander ‘il fuq minn 18 il-sena, ħaddiema oħra f’xogħol kritiku u ta’ riskju għoli.
  • Ir-4 Fażi – Il-vaċċin AstraZeneca u Novavax: Bilanċ bejn il-popolazzjoni adulta u dawk li jkunu għadhom ma tlaqqmux skont il-fażijiet ta’ qabel.
  • Il-5 Fażi – Il-vaċċin AstraZeneca u Novavax: Tfal taħt it-18-il sena, jekk ikunu rrakomandati.

Sapport fis-saħħa mentali b’rabta mal-Covid-19 

Il-gvern Awstraljan stabbilixxa sapport tas-saħħa mentali b’rabta mal-Covid-19 permezz tal-portal tas-saħħa mentali "Head to Health" biex jipprovdi informazzjoni u gwida dwar kif iżżomm ruħek fi stat ta’ saħħa mentali tajba waqt il-pandemija tal-coronavirus u meta tkun qed tiżola lilek innifsek. 

Il-gvern żied 10 sessjonijiet ta’ terapija psikoloġika b’sussidju mill-Medicare kull sena kalendarja għall-pazjenti kollha eliġibbli skont  pjan ta’ kura ta’ saħħa mentali għal Aċċess Aħjar għal Psikjatri, Psikoloġisti u Tobba Ġenerali permezz tal-inizjattiva MBS (Better Access)

Diffikultajiet finanazjari (Ħlas tal-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija)

Jekk qed tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji ċċekkja Covid19 Money Smart jew ċempel in-National Debt Helpline fuq 1800 007 007. 

Il-Gvern Federali alloka “ħlas għad-diżastru” għal leave tal-pandemija bi ħlas.

Il-ħlas japplika għal ħaddiema li  ma jistgħux jaqilgħu paga għaliex ikollhom jiżolaw lilhom infushom jew ikunu kwarantina, jew ikunu qegħdin jieħdu ħsieb xi ħadd bil-COVID-19.

Ikklikkja hawn taħt għal informazzjoni dwar il-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija f’kull stat u territorju:

Kif jinxtered il-COVID-19 u kif tevitah?

COVID-19 jinxtered minn persuna għall-oħra permezz ta’:

  • Kuntatt mill-qrib ma’ persuna waqt li tkun infettata anke qabel jidhru s-sintomi tagħha.
  • Kuntatt fil-qrib ma’ persuna b’infezzjoni kkonfermata li tisgħol jew tagħtas.
  • Mess ta’ oġġetti jew uċuħ ta’ oġġetti (bħal maqbad ta’ bieb jew imwejjed) ikkontaminati minn sogħla jew għatis minn persuna b’infezzjoni ikkonfermata u mbagħad tmiss ħalqek jew wiċċek.

Tevitaha billi tipprattika ndafa tajba tal-idejn u meta tagħtas/tisgħol u li żżomm id-distanza minn persuni oħrajn meta jkunu morda hija l-aħjar difiża kontra l-biċċa l-kbira tal-virus. Għandek:

  • Iżżomm distanza soċjali tal-anqas 1.5 metri u tosserva r-regola ta’ persuna 1 kull 4 metri kwadri.
  • Taħsel idejk ta’ spiss bis-sapun u bl-ilma, qabel u wara li tiekol, u wara li tmur it-tojlit.
  • Tgħatti ħalqek meta tisgħol u tagħtas, tarmi tissues u tuża sanitiser tal-idejn.
  • Jekk tħossok ma tiflaħx, Evita kuntatt ma’ oħrajn (oqgħod aktar minn 1.5 metru bogħod min-nies oħrajn).  

Il-gvern Awstraljan jissuġġerixxi lir-residenti kollha biex iniżżlu l-COVIDSafe app. 

Jekk tiżviluppa s-sintomi, agħmel it-test

Is-sintomi tal-coronavirus jistgħu jvarjaw minn mard ħafif għal prewmonja, u huma simili ta’ każi oħra ta’ riħ u influwenza u jinkludu:

  • Deni
  • Sintomi respiratorji 
  • Sogħla
  • Uġigħ fil-grieżem
  • Nuqqas ta’ nifs 
  • Sintomi oħra jistgħu jinkludu mnieħer inixxi, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, dardir, dijarea, rimettar, telf ta’ sens ta’ xamm, tibdil fis-sens tat-togħma, telf ta’ aptit u għeja. 

L-awtoritajiet żviluppaw COVID-19 Symptom Checker (Ċekkjatur tas-Sintomi tal-COVID-19) li tista’ tuża minn darek: s

M’hemmx kura speċifika għall-coronavirus, imma l-biċċa l-kbira tas-sintomi jistgħu jkunu kkurati b’kura medika ta’ sapport. Antibijotiċi mhumiex effettivi għal kontra l-virus. 

Jekk tiżviluppa s-sintomi  għandek tagħmel it-test.  Tmurx fi klinika tas-saħħa jew l-isptar mingħajr ma tinfurmahom li għandek is-sintomi.  Għandek tibqa’ iżolat/a fid-dar tiegħek, lukanda jew f’post ta’ kura tas-saħħa sakemm l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jikkonfermaw li tkun salv/a li terġa’ lura għall-attivitajiet tas-soltu tiegħek.

Jekk trid li tkellem lil xi ħadd dwar is-sintomi tiegħek, ċempel in-National Coronavirus Helpline għall-parir. Il-linja tat-telefown topera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Ċempel 1800 020 080.

Fejn nista’ nagħmel it-test?

Ikklikkja hawn taħt għal-lista ta’ kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

Jekk kellek dijanjosi ta’ COVID-19, għandek tiżola lilek innifsek: :

  • Tmurx f’postijiet pubbliċi bħal xogħol, skola, shopping centres, childcare jew l-università
  • Itlob lil xi ħadd biex iġiblek l-ikel u bżonnijiet oħra meħtieġa u jħallihomlok quddiem il-bieb
  • Iddaħħalx viżitaturi d-dar – ippermetti biss nies li ssoltu joqogħdu fid-dar miegħek.

 Min hu fl-akbar riskju ta’ mard serju?

Xi nies li jkunu infettati jistgħu ma jimirdu xejn, xi oħrjan jista’ jkollhom sintomi ħfief li minnhom jirkupraw faċilment, u oħrajn jistgħu jimirdu malajr ħafna. Minn esperjenza ta’ qabel ta’ nies li mardu bil-coronavirus, dawk l-aktar f’riskju ta’ infezzjoni serja huma:  

  • Nies Aboriġini u Torres Strait Islander li jkollhom 50 sena u aktar li jkollhom kundizzjonijiet ta’ marda kronika jew aktar minn marda kronika waħda
  • Nies ‘il fuq minn 65 sena b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi. Kundizzjonijiet inklużi fid-definizzjoni ta’ ‘kundizzjonijiet mediċi kroniċi’ ikunu ċċarati hekk kif ikun hemm aktar provi.
  • Nies li jkollhom 70 sena jew aktar.
  • Nies b’sistema ta’ immunità kompromessa.

Għandi nilbes maskra?

Xi stati u territorji issa jirrakomandaw jew jitolbu l-użu tal-maskri.

Jekk iċ-ċirkustanzi jinbidlu fl-istat jew territorju fejn toqgħod, il-parir dwar l-użu tal-maskri jista’ jkollu jinbidel. Importanti li żżomm ruħek aġġornat/a skont il-pariri tal-inħawi lokali fejn toqgħod. 

Biex iżżomm ruħek aġġornat/a dwar il-pariri tal-ilbies tal-maskra, segwi l-aġġornamenti tal-gvern fil-lokal tiegħek:

Meta tilbes maskra, huwa importanti li tilbisha kif suppost:

  • aħsel u ssenatizza idejk, qabel tilbisha jew tneħħiha
  • kun ċert/a li l-maskra tgħattilek imnieħrek u ħalqek u tiffittja sewwa taħt geddumek, fuq imnieħrek u mal-ġnub ta’ wiċċek
  • tmissx in-naħa ta’ quddiem tal-maskra waqt li tkun qed tilbisha jew tneħħija
  • tħallix il-maskra mdendla madwar għonqok jew taħt imnieħrek
  • terġax tuża maskra li suppost tintuża darba; aħsel u nixxef maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw u poġġihom f’post nadif u niexef.

L-ivvjaġġar minn, lejn u fl-Awstralja

Stati u territorji, jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet tagħhom, inkluż l-għeluq tal-fruntieri statali tagħhom.  

Ġbir ta’ data mandatorja

Mill-1 ta’ Ottubru 2020, hemm ġbir ta’ data mandatorja dwar titjiriet domestiċi biex jgħinu lill-istati u t-territorji meta jkun hemm bżonn tal-ittrejsjar ta’ kuntatti: isem, indirizz tal-email, numru ta’ kunttt tal-mowbajl, u stat ta’ residenza.

Prinċipji Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku

Is-servizzi tat-trasport pubbliku huma r-responsabilità tal-istati u t-territorji, u l-Kabinett Nazzjonali jendorsja serje ta’ prinċipji biex jgħin fl-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-passiġġieri fuq in-networks tat-trasport pubbliku, inkluż: li ma tivvjaġġax meta tħossok ma tiflaħx, li żżomm distanza fiżika mis-sewwieqa u passiġġieri oħra u li tevita li tuża flus kontanti. 

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar 

Hemm mizuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern. 

Dan jista' jaffettwa t-titjira tiegħek lejn l-Awstralja. L-informazzjoni qed tinbidel ta' spiss. 

Għal aktar informazzjoni ċċekkja l-aħħar aġġornament ta’ Smart Traveller.

Htiġijiet u ttestjar ta' kwarantina huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet tal-istat u t-territorju:

Jekk tkun trid tivvjagga barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni tal-ivvaġġar jekk tissodisfa waħda minn dawn il-kategoriji:

  • l-ivvjaġġar tiegħek ikun parti mir-rispons tal-imxija tal-COVID-19, inkluża l-proviżjoni ta’ għajnuna 
  • l-ivvjaġġar tiegħek ikun essenzjali fl-operazzjonijiet tal-industriji u n-negozji essenzjali (inklużi l-industriji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni)
  • tkun qed tivvjaġġa biex tirċievi kura medika urġenti li mhix disponibbli fl-Awstralja
  • tkun qed tivvjaġġa għal negozju personali urġenti u li ma tistax tevita
  • bażi ta’ kompassjoni jew umanitarja 
  • l-ivvaġġar tiegħek ikun għall-interess nazzjonali.

 Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja  


 Informazzjoni mill-Gvern