Coming Up Tue 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

COVID-19 fl-Awstralja: Informazzjoni li għandek tkun taf bil-lingwa tiegħek

Din l-informazzjoni tinkludi dak li għandek tkun taf dwar il-COVID-19 bil-lingwa tiegħek

Għal aġġornamenti ta’ kuljum bl-Ingliż dwar il-COVID-19 żur SBS News Covid-19


Il-Vaċċin tal-COVID-19 fl-Awstralja

Il-Gvern Awstraljan huwa impenjat li jipprovdi lill-Awstraljani kollha b’aċċess għall-vaċċin sikur u effettiv tal-COVID-19 hekk kif ikun disponibbli. 

Biex tkun taf jekk tistax tieħu t-tilqima tal-COVID-19 u fejn għandek tibbukkja appuntament żur https://covid-vaccine.healthdirect.gov.au/

Jekk għandek 40 sena jew aktar, int eliġibbli għat-tilqima. Jekk għandek bejn 16 u 39 sena, tista’ tkun eliġibbli wkoll għat-tilqima. Segwi l-passi fuq din il-websajt biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għal tilqima

Tista’ tibbukkja wkoll appuntament mat-Tabib tiegħek u għal informazzjoni dwar il-vaċċin bil-lingwa tiegħek: https://www.health.gov.au/initiatives-and-programs/covid-19-vaccines/covid-19-vaccine-information-in-your-language

Liema huma t-tilqimiet irrakomandati?

L-Australian Technical Advisory Group dwar it-Tilqim jirrakomanda l-vaċċin tal- COVID-19 Comirnaty (Pfizer) bħala l-vaċċin preferut għal dawk bejn is-16 u d-59 sena.

Il-Vaċċin tal-COVID-19 AstraZeneca jista’ wkoll ikun ipprovdut għal dawk bejn it-18 u d-59 sena.

Jekk għadek m’intix eliġibbli, u għandek 18-il sena jew aktar, tista’ titlob biex tkun avżat/a meta tkun eliġibbli.

Dawk taħt is-16-il sena għadhom m’humiex eliġibbli biex jieħdu t-tilqima fl-Awstralja.

Sapport fis-saħħa mentali b’rabta mal-Covid-19 

Fl-2020, il-gvern Awstraljan żied 10 sessjonijiet ta’ terapija psikoloġika ssussidjati mill-Medicare kull sena kalendarja għall-pazjenti kollha eliġibbli skont pjan ta’ kura tas-saħħa mentali għal Aċċess Aħjar għal Psikjatri, Psikoloġisti u Tobba Ġenerali permezz tal-inizjattiva MBS (Better Access)

Il-gvern Awstraljan waqqaf is-sapport tas-saħħa mentali li għandu x’jaqsam mal-Covid-19 permezz tal-portal tas-saħħa "Head to Health" li jipprovdi informazzjoni u direzzjoni kif iżżomm saħħa mentali tajba waqt il-pandemija tal-coronavirus u waqt li tkun f’iżolazzjoni waħdek.

Jekk ikollok bżonn sapport tas-saħħa mentali bil-lingwa tiegħek, ċempel TIS National fuq 131 450 jew żur  tisnational.gov.au għal interpretu. TIS National ikopri aktar minn 100 lingwa u jista’ jinkiseb 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, bil-prezz ta’ telefonata lokali.

Embrace Mental Health huwa proġett immexxi minn Mental Health Australia li jikkonċentra fuq is-saħħa mentali għal nies minn sfond kulturali u lingwistiku divers (CALD, li jipprovdi aċċess għal riżorsi, servizzi u informazzjoni f’format li kulturalment ikun aċċessibbli.

Żur  Mental health services in Australia in your language għal aktar informazzjoni dwar servizzi tas-saħħa mentali.

Diffikultajiet finanazjari (Ħlas tal-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija)

Jekk qed tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji ċċekkja Covid19 Money Smart jew ċempel in-National Debt Helpline fuq 1800 007 007. 

Il-Gvern Federali alloka “ħlas għad-diżastru” għal leave tal-pandemija bi ħlas.

Il-ħlas japplika għal ħaddiema li  ma jistgħux jaqilgħu paga għaliex ikollhom jiżolaw lilhom infushom jew ikunu kwarantina, jew ikunu qegħdin jieħdu ħsieb xi ħadd bil-COVID-19.

Ikklikkja hawn taħt għal informazzjoni dwar il-Leave kaġun tad-Diżastru tal-Pandemija f’kull stat u territorju:

Kif jinxtered il-COVID-19 u kif tevitah?

COVID-19 jinxtered minn persuna għall-oħra permezz ta’:

  • Kuntatt mill-qrib ma’ persuna waqt li tkun infettata anke qabel jidhru s-sintomi tagħha.
  • Kuntatt fil-qrib ma’ persuna b’infezzjoni kkonfermata li tisgħol jew tagħtas.
  • Mess ta’ oġġetti jew uċuħ ta’ oġġetti (bħal maqbad ta’ bieb jew imwejjed) ikkontaminati minn sogħla jew għatis minn persuna b’infezzjoni ikkonfermata u mbagħad tmiss ħalqek jew wiċċek.

Tevitaha billi tipprattika ndafa tajba tal-idejn u meta tagħtas/tisgħol u li żżomm id-distanza minn persuni oħrajn meta jkunu morda hija l-aħjar difiża kontra l-biċċa l-kbira tal-virus. Għandek:

  • Iżżomm distanza soċjali tal-anqas 1.5 metri u tosserva r-regola ta’ persuna 1 kull 4 metri kwadri.
  • Taħsel idejk ta’ spiss bis-sapun u bl-ilma, qabel u wara li tiekol, u wara li tmur it-tojlit.
  • Tgħatti ħalqek meta tisgħol u tagħtas, tarmi tissues u tuża sanitiser tal-idejn.
  • Jekk tħossok ma tiflaħx, Evita kuntatt ma’ oħrajn (oqgħod aktar minn 1.5 metru bogħod min-nies oħrajn).  

Il-gvern Awstraljan jissuġġerixxi lir-residenti kollha biex iniżżlu l-COVIDSafe app. 

Jekk tiżviluppa s-sintomi, agħmel it-test

Is-sintomi tal-coronavirus jistgħu jvarjaw minn mard ħafif għal prewmonja, u huma simili ta’ każi oħra ta’ riħ u influwenza u jinkludu:

  • Deni
  • Sintomi respiratorji 
  • Sogħla
  • Uġigħ fil-grieżem
  • Nuqqas ta’ nifs 
  • Sintomi oħra jistgħu jinkludu mnieħer inixxi, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, dardir, dijarea, rimettar, telf ta’ sens ta’ xamm, tibdil fis-sens tat-togħma, telf ta’ aptit u għeja. 

L-awtoritajiet żviluppaw COVID-19 Symptom Checker (Ċekkjatur tas-Sintomi tal-COVID-19) li tista’ tuża minn darek: s

M’hemmx kura speċifika għall-coronavirus, imma l-biċċa l-kbira tas-sintomi jistgħu jkunu kkurati b’kura medika ta’ sapport. Antibijotiċi mhumiex effettivi għal kontra l-virus. 

Jekk tiżviluppa s-sintomi,  għandek tagħmel it-test.  

Jekk trid li tkellem lil xi ħadd dwar is-sintomi tiegħek, ċempel in-National Coronavirus Helpline għall-parir. Il-linja tat-telefown topera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Ċempel 1800 020 080.

Fejn nista’ nagħmel it-test?

Ikklikkja hawn taħt għal-lista ta’ kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

Jekk kellek dijanjosi ta’ COVID-19, għandek tiżola lilek innifsek: :

  • Tmurx f’postijiet pubbliċi bħal xogħol, skola, shopping centres, childcare jew l-università
  • Itlob lil xi ħadd biex iġiblek l-ikel u bżonnijiet oħra meħtieġa u jħallihomlok quddiem il-bieb
  • Iddaħħalx viżitaturi d-dar – ippermetti biss nies li ssoltu joqogħdu fid-dar miegħek.

 Min hu fl-akbar riskju ta’ mard serju?

Xi nies li jkunu infettati jistgħu ma jimirdu xejn, xi oħrjan jista’ jkollhom sintomi ħfief li minnhom jirkupraw faċilment, u oħrajn jistgħu jimirdu malajr ħafna. Minn esperjenza ta’ qabel ta’ nies li mardu bil-coronavirus, dawk l-aktar f’riskju ta’ infezzjoni serja huma:  

  • Nies Aboriġini u Torres Strait Islander li jkollhom 50 sena u aktar li jkollhom kundizzjonijiet ta’ marda kronika jew aktar minn marda kronika waħda
  • Nies ‘il fuq minn 65 sena b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi. Kundizzjonijiet inklużi fid-definizzjoni ta’ ‘kundizzjonijiet mediċi kroniċi’ ikunu ċċarati hekk kif ikun hemm aktar provi.
  • Nies li jkollhom 70 sena jew aktar.
  • Nies b’sistema ta’ immunità kompromessa.

Għandi nilbes maskra?

Xi stati u territorji issa jirrakomandaw jew jitolbu l-użu tal-maskri.

Jekk iċ-ċirkustanzi jinbidlu fl-istat jew territorju fejn toqgħod, il-parir dwar l-użu tal-maskri jista’ jkollu jinbidel. Importanti li żżomm ruħek aġġornat/a skont il-pariri tal-inħawi lokali fejn toqgħod. 

Biex iżżomm ruħek aġġornat/a dwar il-pariri tal-ilbies tal-maskra, segwi l-aġġornamenti tal-gvern fil-lokal tiegħek:

Meta tilbes maskra, huwa importanti li tilbisha kif suppost:

  • aħsel u ssenatizza idejk, qabel tilbisha jew tneħħiha
  • kun ċert/a li l-maskra tgħattilek imnieħrek u ħalqek u tiffittja sewwa taħt geddumek, fuq imnieħrek u mal-ġnub ta’ wiċċek
  • tmissx in-naħa ta’ quddiem tal-maskra waqt li tkun qed tilbisha jew tneħħija
  • tħallix il-maskra mdendla madwar għonqok jew taħt imnieħrek
  • terġax tuża maskra li suppost tintuża darba; aħsel u nixxef maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw u poġġihom f’post nadif u niexef.

L-ivvjaġġar minn, lejn u fl-Awstralja

Stati u territorji, jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet tagħhom, inkluż l-għeluq tal-fruntieri statali tagħhom.  

Ġbir ta’ data mandatorja

Mill-1 ta’ Ottubru 2020, hemm ġbir ta’ data mandatorja dwar titjiriet domestiċi biex jgħinu lill-istati u t-territorji meta jkun hemm bżonn tal-ittrejsjar ta’ kuntatti: isem, indirizz tal-email, numru ta’ kunttt tal-mowbajl, u stat ta’ residenza.

Prinċipji Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku

Is-servizzi tat-trasport pubbliku huma r-responsabilità tal-istati u t-territorji, u l-Kabinett Nazzjonali jendorsja serje ta’ prinċipji biex jgħin fl-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-passiġġieri fuq in-networks tat-trasport pubbliku, inkluż: li ma tivvjaġġax meta tħossok ma tiflaħx, li żżomm distanza fiżika mis-sewwieqa u passiġġieri oħra u li tevita li tuża flus kontanti. 

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar 

Hemm mizuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern. 

Dan jista' jaffettwa t-titjira tiegħek lejn l-Awstralja. L-informazzjoni qed tinbidel ta' spiss. 

Għal aktar informazzjoni ċċekkja l-aħħar aġġornament ta’ Smart Traveller.

Htiġijiet u ttestjar ta' kwarantina huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet tal-istat u t-territorju:

Jekk tkun trid tivvjagga barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni tal-ivvaġġar jekk tissodisfa waħda minn dawn il-kategoriji:

  • l-ivvjaġġar tiegħek ikun parti mir-rispons tal-imxija tal-COVID-19, inkluża l-proviżjoni ta’ għajnuna 
  • l-ivvjaġġar tiegħek ikun essenzjali fl-operazzjonijiet tal-industriji u n-negozji essenzjali (inklużi l-industriji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni)
  • tkun qed tivvjaġġa biex tirċievi kura medika urġenti li mhix disponibbli fl-Awstralja
  • tkun qed tivvjaġġa għal negozju personali urġenti u li ma tistax tevita
  • bażi ta’ kompassjoni jew umanitarja 
  • l-ivvaġġar tiegħek ikun għall-interess nazzjonali.

 Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja  


 Informazzjoni mill-Gvern