Coming Up Tue 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Covid-19: Kemm hu komuni li tkun bla sintomi tal-virus u għandna nkunu nkwetati?

Source: Getty Images

Żewġ studji ġodda sabu numru sinifikanti ta’ każi pożittivi tal-coronavirus li ma kienu juru l-ebda sintomi tal-virus. Esperti qegħdin jaraw jekk għandniex inkuni kollha ttestjati, kemm jekk ikollna s-sintomi jew le.

S’issa kollha kemm aħna konna mgħarrfa dwar x’inhuma s-sintomi tal-Covid-19 u dwar x’hiex għandna noqogħdu attenti, sintomi li jvarjaw minn deni għoli għall-sogħla bla bili, diffikultà tan-nifs jew anke għeja. 

Kien hemm studji f’diversi pajjiżi li esploraw il-fenominu ta’ każi ta’ Covid-19 mingħajr sintomi. Uħud min dawn il-pajjiżi kienu Iceland, il-Ġappun, iċ-Ċina u l-Awstralja.  

Riċerkaturi fiċ-Ċina sabu li 78 pazjent, iġifieri 42.3 fil-mija ta’ dawk ittestjati ma wrew l-ebda sintomi.  

Fi studju differenti minn riċerkaturi Awstraljani, ippubblikat minn Thorax, juri li 217-il-persuna fuq il-vapur tal-cruises, Greg Mortimer, aktar minn 8 f’10 li kienu ttestjati pożittivi ma wrew l-ebda sintomi. 

X’inhi trasmissjoni ta’ qabel is-sintomi tal-virus u trasmissjoni bla sintomi?  

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi d-differenza bejn it-tnejn. 

Trasmissjoni ta’ qabel is-sintomi (pre-symptomatic) huwa l-perjodu wara li wieħed ikun espost għall-virus, imma qabel ma jibdew jidhru s-sintomi tal-virus.  Imma anke qabel is-sintomi, ma jfissirx li ma jkunx hemm potenzjal tat-trasmissjoni. Kien hemm studju li sar ta’ nies li ttestjaw pożittiv minn ġurnata sa tlett ijiem qabel urew xi sintomi.  

Trasmissjoni bla sintomi (asymptomatic) hija meta l-virus jinxtered minn persuna li ma tkun turi l-ebda sintomi ta’ Covid-19.

Allura x'jaħsbu l-esperti dwar l-istudji riċenti?

Il-Professur Raina MacIntryre, il-Kap tal-Programm ta’ Bijosigurtà fl-Istitut Kirby, tgħid, li hemm, ‘prova sostanzjali li infezzjonijiet bis-sintomi u bla sintomi huma komuni f’Covid-19.’

Hija tagħmel referenza għall-istudji fl-imxija tal-virus fid-djar tal-kura tal-anzjani u f’postijiet oħra li ‘sabu wkoll 50 fil-mija tal-każi jew aktar kollha pożittivi kienu bla sintomi.’

Kmieni f’Mejju, f’Grant Lodge, dar tal-kura tal-anzjani f’Melbourne, fis-subborg ta’ Bacchus Marsh kien hemm persuna li ttestjat pożittiva li ma kellha l-ebda sintomi.

"M’għandniex niddibattitu aktar dan. Kuntatti ta’ riskju għoli f’sitwazzjonijiet ta’ imxija tal-virus, kemm jekk ikunu kuntatti fil-familja jew f’imxija ta’ ambjent fil-magħluq, għandhom ikunu ttestjati, irrespettivament mis-sintomi, jew inkella nimmissjaw każijiet,’ qal il-professur MacInytre.

‘In-nies jieħdu minn 10 sa 14-il ġurnata biex jiżviluppaw antibodies, għalhekk mhix sorpriża li test ta’ malajr ibbażat skont l-antibody ikun ta’ użu limitat f’imxija akuta.’

Xi esperti m'humiex ċerti dwar in-numru ta' każi ta' Covid-19 bla sintomi.

Sanjaya Senanayake huwa speċjalist fl-infezzjonijiet tal-mard fl-Università Nazzjonali Awstraljana.

Huwa jirreferi għall-istudju miċ-Ċina fejn l-awturi jikkonkludu li dawk f’każi bla sintomi setgħu ma iżolax lilhom infushom għaliex ma kellhomx sintomi.

‘Riċerkaturi ma nkludewx jekk kienx hemm xi każi sekondarji minnhom stess għax ma iżolawx lilhom infushom,’ huwa jgħid. 

Fi Frar, rapport tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, sab li l-biċċa l-kbira tal-pazjenti waqt iż-żmien tal-ittestjar, spiċċaw billi żviluppaw is-sintomi. Il-Professur Senanayake mhux ċert, jekk dawk il-pazjenti fl-istudju mardux jew le.

‘Limitazzjoni oħra hawnhekk, li l-awturi jaċċettaw, hija kemm huwa eżatt l-assessjar tal-każi mingħajr sintomi. Huwa possibbli li għalkemm dawk li ħassewhom tajbin ma kinux f’saħħithom mija fil-mija, per eżempju kienu tajbin waqt il-mistrieħ, imma ma ħassewhomx tajbin biex jagħmlu eżerċizzju, eċċ?’

Huwa jsemmi ‘il-proporzjonijiet varji ta’ każi bla sintomi fi studji differenti’ għal-limitazzjonijiet biex wieħed jifhem in-natura ta’ każi bla sintomi ta’ Covid-19.

F’Iceland instabu 50 fil-mija tan-nies li ttestjaw pożittiv mingħajr sintomi, 30.8 fil-mija nstabu fil-Ġappun, waqt li kien hemm 80 fil-mija fi studju differenti fiċ-Ċina.

‘Huwa diffiċli li tkun taf liema studju huwa tajjeb. U għalkemm qegħdin noqorbu biex nifhmu l-proporzjon ta’ każi ta’ Covid-19 mingħajr sintomi, għandna xorta waħda mhux ċerti dwar l-effett li jkollhom fuq aktar trasmissjonijiet tal-każi, iġifieri jiġġeneraw ħafna każi sekondarji, jew proporzjon żgħir biss?’

'Fi kliem ieħor kien hemm erba' persuni bil-virus bla sintomi għal kull passiġġier marid.' 

Il-Professur Ivo Mueller huwa epidemologista fil-Walter and Eliza Hall Institute of Medical Research.

Huwa jispjega li nifhmu kemm huma komuni l-infezzjonijiet bla sintomi tal-Covid-19 mhux biss importanti biex ikollna stampa aktar ċara ta’ dawk esposti għall-virus, imma ‘taffettwa t-tbassir tagħna dwar kif il-pandemija tal-Covid-19 tista’ tiżviluppa fix-xhur li ġejjin.’

‘U x’interventi huma l-aktar importanti biex tkun imwarrba it-tieni mewġa ta’ każi u mwiet,’ huwa qal.

Ir-riċerka fuq il-vapur tal-cruises, Greg Mortimer, li kellu 96 passiġġier Awstraljan fuqu, sab li minn 217 passiġġier abbord, 128 ittestjaw pożittiv għall-Covid-19. Minn dawk li kienu nfettati bil-virus, 104 ma wrew l-ebda sintomi – li kien 81 fil-mija tal-każi li ttestjaw pożittiv.

Il-Professur Mueller jgħid li nsiru nafu ‘in-numru attwali ta’ dawk ta’ kull età infettati bil-virus, li jkunu mingħajr sintomi, issa għandu jkun ta’ prijorità urġenti.’ 


In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ’l bogħod mill-oħrajn. Iċċekkja r-restrizzjonijiet fl-istat tiegħek dwar l-limitu ta’ nies miġbura flimkien. L-ittestjar għall-coronavirus issa jista’ jsir mal-Awstralja kollha.

Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, organizza biex tagħmel test billi ċċempel lit-tabib tiegħek jew billi tikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline 1800 020 080.

L-app tal-gvern federali li jittrejsja l-coronaviris jista’ jitniżżel mill-app store tat-telefown tiegħek.

L-SBS huwa impenjat li jinforma lill-kommunitjiaet diversi fl-Awstralja dwar l-aħħar żviluppi tal-COVID-19.  Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f' sbs.com.au/coronavirus.