Coming Up Tue 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

COVID-19 – l-aħħar aġġornament: 24 mewt oħra rreġistrati fil-Victoria u NSW waqt li n-numru ta’ dawk fl-isptarijiet jiżdied

Paramedics are seen tending to their ambulance outside St. Vincent hospital in Melbourne, Tuesday, January 11, 2022. Source: AAP

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 11 ta’ Jannar, 2022.

  • F’Victoria kienu rreġistrati 37,994 każ ġdid tal-COVID-19 waqt li fi NSW kienu rrappurtati 25,870.
  • F’Victoria hemm 861 pazjent fl-isptar, 43 aktar mill-ġurnata ta’ qabel, inklużi 117 fl-ICU u 27 fuq il-ventilator.
  • Il-Premier ta’ Victoria Daniel Andrews jgħid li madwar 34,000 rapid antigen test b’xejn tqassmu f’56 klinika tal-ittestjar fl-istat nhar it-Tnejn.
  • Daniel Andrews jgħid li hemm 3,992 ħaddiema fl-isptarijiet u 422 ħaddiema tal-Ambulanza f’Victoria li ma jistgħux jaħdmu, jew għax ittestjaw pożittiv għall-virus jew għax kienu f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd bil-virus.
  • Huwa ħabbar ukoll programm ta’ $4 miljun dollaru biex jgħin lit-tobba u spiżeriji komunitarji jmorru fl-iskejjl wara l-ħin tax-xogħol biex jagħtu t-tilqima.
  • Fi NSW, hemm 2,186 persuna fl-isptar bil-COVID-19, inklużi 170 fl-ICU.
  • Studju ppubblikat minn Imperial College f’Londra juri li livelli għolja ta’ ċelloli T minn virus tal-coronavirus ta’ influwenza komuni jistgħu jipprovdu protezzoni kontra l-virus.
  • Servej ġdid ta’ 1000 ħaddiem/a fil-kura tal-anzjani li sar mill-Union tas-Servizzi tas-Saħħa juri li l-ħaddiema qegħdin jiffaċċjaw nuqqas kbir ta’ ħaddiema u xogħol żejjed waqt il-fażi ġdida tal-pandemija.
  • Is-Segretarju tat-Trade Unions tal-Kunsill Sally McManus kitbet lill-Prim Ministru Scott Morrison il-lejl li għadda b’lista ta’ talbiet twissieh li “lockdown mhux uffiċjali” qed jolqot ħażin lill-ħaddiema affettwati.
  • Il-gvern ta’ NSW irid li r-residenti jirrappurtaw testijiet pożittivi tar-rapid antigen test. Jgħid li mandat dwar dan jagħti lill-awtoritajiet stampa ċara tal-imxija tal-virus.
  • Hemm il-biża’ li l-imxija tal-virus fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Villawood f’Sydney tista’ tikber waqt li dawk li jaħdmu favur ir-refuġati qegħdin jistaqsu  għaliex dawn ir-refuġjati qegħdin jinżammu f’ambjent tant b’riskju għoli.

Numru ta’ stati ħejjew formuli ta’ reġistrazzjoni għar-Rapid Antigen Tests. 

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi NSW instabu 25,870 każ tal-virus permezz ta’ testijiet tal-PCR u 11-il mewt. Fi NSW għadha trid tibda tkun ippubblikata l-informazzjoni tar-rapid antigen tests.  

Fil-Victoria kienu rreġistrati 37,994 każ ġdid u 13-il mewt. Minn dawn il-każijiet 18,503 kienu rreġistrati minn Rapid Antigen Tests. 

Fi Queensland kienu rreġistrati 20,566każ ġdid u mewt waħda, bl-awtoritajiet jgħoddu t-testijiet mill-PCR u mir-rapid antigen test (RAT) sottometti mir-residenti.

Fit-Tasmanja kienu rrappurtati 1,379 każ.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 

This story is also available in other languages.