Coming Up Fri 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Id-doża tal-booster tal-COVID-19 issa se tingħata wara erba’ xhur

NSW COVID-19 testing in Redfern Source: AAP Image/MICK TSIKAS

Dan huwa l-aħħar aġġornamnet dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-24 ta’ Diċembru 2021.

  • Il-gvern federali se jnaqqas l-intervall bejn meta tittieħed it-tieni doża u l-booster tal-vaċċin tal-COVID-19 għal erba’ xhur wara pariri mill-Australian Technical Advisory Group on Immunisation (Il-Grupp Awstraljan ta’ Konsulenza Teknika  dwar it-Tilqim) (ATAGI).
  • Il-Ministru tas-Saħħa Greg Hunt qal li l-intervall se jkun segwit erba’ xhur qabel minn kif kien ippjanat mill-4 ta’ Jannar u tliet xhur mill-31 ta’ Jannar.
  • L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Paul Kelly jgħid li n-numru ta’ każi ‘mhux l-aktar importanti’ imma inkoraġġixxa lin-nies biex jieħdu t-tilqima tal-booster.
  • Fi NSW ġie ordnat l-ilbies tal-maskri f’kull ambjent ġewwa, minbarra fi djar privati millum sas-27 ta’ Jannar. Limitazzjonijiet fin-numru ta’ nies f’postijiet ta’ ospitalità u ċċekkjar bil-QR jibdew mis-27 ta’ Diċembru sas-27 ta’ Jannar.
  • Fl-istat ta’ Victoria introdotti regoli akar stretti tal-ilbies tal-maskri mill-Ħamis, u f’Western Australia lbies tal-maskri bilfors f’kull ambjent pubbliku ta’ ġewwa u f’nightclubs sat-28 ta’ Jannar
  • Dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fil-Victoria jiffaċċjaw ittardjar waqt li krew tal-linji tal-ajru kienu sfurzati li jiżolaw lilhom infushom f’Lejliet il-Milied.
  • Il-lista ta’ postijiet li kienu esposti għall-virus f’Perth żdiedet waqt li l-awtoritajiet qegħdin jaraw biex isibu jekk il-virus infirixx minn backpacker infettat minn Queensland.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19: 

  • Fi NSW kienu rreġistrati 5,612 każ lokali u mewt waħda.
  • F’Victoria kienu rreġistrati 2,095 każ komunitarju ġdid u tmien imwiet.
  • Fi Queensland kienu rreġistrati 589 każ, fl-ACT 102, fit-Tasmanja 27

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 pandemic bi-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
Victoria 
Queensland 
South Australia 
ACT 
Western Australia 
Tasmania
Northern Territory 

This story is also available in other languages.