Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-28 ta’ Diċembru 2021.
- NSW Health naqqas iż-żmien ta’ kwarantina għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li issa jistgħu ma jibqgħux f’iżolazzjoni u jerġgħu lura għax-xoghol wara sebat ijiem minflok 14-il ġurnata.
- St Vincent’s Hospital ammetta li għamel żewġ żbalji fl-ittestjar, f’jumejn. L-isptar ħabbar nhar it-Tnejn li kważi elf persuna kienu mgħarrfa li kellhom test negattiv tal-COVID, meta fil-fatt ir-riżultati kien għadhom ma waslux.
- Il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar għal Queensland qegħdin joħolqu kjus kbar tal-ittestjar tal-PCR skont il-Ministru tas-Saħħa ta’ New South Wales Brad Hazzard li huwa ddeskriva bħala “ittestjar turistiku”.
- Il-Ministru tas-Saħħa Yvette D’Ath ħabbret li l-istat ta’ Queensland se jelimina t-test wara ħamest ijiem għal dawk li jivvjaġġaw minn stat ieħor, għalkemm l-applikazzjonijiet għal permess biex tidħol fi Queensland xorta jobbligaw li l-vjaġġaturi jaqblu li jagħmlu t-test.
- Western Australia, Perth u r-reġjuni Peel se jibqgħu jsegwu l-miżuri ta’ saħħa pubblika u soċjali sas-6:00am, tat-Tlieta 4 ta’ Jannar, 2022.
- Il-bieraħ, l-Awstralja qabżet l-10,000 każ ta’ infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19 f’ġurnata, minħabba n-numru ta’ każi jiżdiedu fi NSW, Victoria u South Australia. NSW rreġistra l-ewwel każ magħruf ta’ mewt kaġun tal-Omicron.
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fi New South Wales kienu rreġistrati 6,062 każ ġdid tal-COVID-19 u mewt waħda
F’Victoria kienu rreġistrati 2,738 każ ġdid u 4 imwiet.
Fi Queensland kienu rreġistrati 1,158 każ fil-komunità, b’sitta min-nies fl-isptar jirċievu kura minħabba s-sintomi tal-COVID.
Fit-Tasmanja kienu rreġistrati 43 każ ġdid tal-COVID-19
Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 pandemic bi-Malti, iċċekkja, hawnhekk.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod
Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 b’diversi lingwi
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament: Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
NSW
Victoria
Queensland
South Australia
ACT
Western Australia
Tasmania
Northern Territory