Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-4 ta’ Jannar, 2022.
- Fi New South Wales kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ nies l-isptar u l-ogħla numru ta’ każi irrappurtati f’ġurnata waħda, waqt li l-varjant Omicron qed ikompli jinxtered madwar l-istat. Hemm 1, 344 persuna fl-isptar bil-COVID-19.
- L-union tal-għalliema fi NSW talbet għal laqgħa urġenti ma’ uffiċjali tas-saħħa u l-edukazzjoni biex jiddiskutu s-sigurtà qabel tibda s-sena ġdida tal-iskola waqt li l-imxija tal-virus qed tkompli tikber.
- Millum iż-żmien bejn it-tieni u t-tielet doża tnaqqas għal erba’ xhur. Dan ifisser li madwar 7.5 miljun persuna fl-Awstralja issa jistgħu jieħdu t-tielet tilqima tagħhom.
- Id-direttur ta’ Chemist Warehouse Mario Tascone talab lill-gvern federali biex ineħħi l-GST minn fuq ir-rapid antigen tests fi sforz biex jonqsu l-prezzijiet biex jinxtraw, fost dibattitu jikber dwar min għandu jħallas għat-testijiet.
- L-Uffiċjal ewliendi tas-saħħa Dr John Gerrard qal li Queensland Pathology irrappurta 23 fil-mija tat-testijiet kollha li saru nhar it-Tnejn kienu pożittivi.
- Aktar minn 100,000 persuna bħalissa jinsabu l-isptar bil-COVID-19 fl-Istati Uniti għall-ewwel darba fi kważi erba’ xhur, skont l-aħħar informazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Umani (HHS).
STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:
Fi New South Wales kienu rreġistrati 23,131 każ ġdid tal-COVID-19 u żewġ imwiet, waqt li fil-Victoria kienu rrappurtati 14,020 każ ġdid u żewġt imwiet.
Fi Queensland kienu rreġistrati 5,699 każ ġdid.
Fl-ACT kienu rrappurtati 926 każ, waqt li 702 infezzjonijiet kienu rreġistrati fit-Tasmanja.
Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod
Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 b’diversi lingwi
Għajnuna finanzjarja
Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament: Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
NSW
Victoria
Queensland
South Australia
ACT
Western Australia
Tasmania
Northern Territory