Coming Up Fri 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

COVID-19: Sinjali, Sintomi, Servizzi u Distanza Soċjali

Woman in quarantine Source: Getty Images/Jasmin Merdan

Toħroġx mid-dar.   Żomm ruħek protett mill-periklu.   Żomm ruħek f’kuntatt.   Salva l-ħajjiet.


Diffikultajiet finanzjarji

Jekk qed tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji iċċekkja www.moneysmart.gov.au jew ċempel in- National Debt Helpline 1800 007 007. 

Ħlas ta’ Leave għad-Diżastru tal-Pandemija

  • Il-Gvern Federali ntroduċa “ħlas għad-diżastru” ta’ $1,500 għal-leave fi ħlas kaġun tal-pandemija. Jista’ jinkiseb mill-ħaddiema fil-Victoria, it-Tasmanja, Western Australia u dalwaqt (Settembru-Ottubru 2020) fi New South Wales.
  • Queensland qed taġġusta l-ftehim mal-Gvern Federali u x’aktarx tingħaqad dalwaqt.
  • Il-ħlas japplika għall-ħaddiema li jkollhom jiżolaw lilhom infushom imma ma jkollhomx sick leave jew ħlasijiet permezz tal-JobKeeper jew JobSeeker. Min dan il-ħlas mistennija jibbenefikaw ukoll dawk li għandhom viża għal żmien qasir. 

Ħlasijiet ta’ Jobseeker u Jobkeeper

Il-ħlasijiet ta’ JobKeeper se kienu estiżi sa Marzu 2121, u JobSeeker sa Diċembru 2020. Fix-xhur li ġejjin, il-gvern se jħabbar il-pjanijiet għall-JobSeeker 2021.

L-ammonti jkunu mnaqqsa mill-ahhar ta' Settembru 2020.

Jobseeker

Il-ħlas tal-JobSeeker huwa għal dawk bejn l-età ta’ 22 sena u l-Pensjoni tal-età, meta jkunu bla xogħol u jkunu qegħdin ifittxu xogħol, jew ikunu qegħdin jagħmlu attivitajiet approvati biex isibu xogħol. Japplika wkoll jekk tkun marid/a jew korrut/a u ma tkunx tista’ tagħmel ix-xogħol jew l-istudju tiegħek tas-soltu.

- Issa: $ 1,115
- Minn Settembru 2020: $ 815

Mill-aħħar ta’ Settembru wkoll, issa taqla’ $300 kull ħmistax, minflok $106 kif kont tista’ taqla’ qabel, qabel ikun affettwat il-ħlas tal-JobSeeker tieghek.

Mill-4 ta’ Awwissu kull min jirċievi l-benefiċċji tal-qgħad għandu jżomm kuntatt mas-servizzi tax-xogħol u jkun impenjat fit-tfittxija ta’ erba’ mpjiegi kull xahar, biex ikun jista’ jkompli jirċievi l-ħlas.

Jobkeeper

Il-ħlas tal-Jobkeeper japplika għal nies li jkollhom tal-anqas 16-il sena, li jkunu sidien ewlenin ta’ negozju, full-time, part-time jew ħaddiema casuals jaħdmu fit-tul impjegati fuq bażi regulari għal aktar minn 12-il xahar sa mill-1 ta’ Marzu 2020. Dawk li jkollhom 16 jew 17- il sena jridu jkunu finanzjarjament indipendenti biex jikkwalifikaw.   

Jinqasam f’”żewġ livelli”, wieħed għall-ħaddiema full-time u l-ieħor għall-ħaddiema part-time.

Ħlasijiet kull ħmistax għall-ħaddiema full time:

- Issa: $ 1,500
- Minn Settembru 2020: $ 1,200
- Minn Jannar 2021: $ 1,000

Ħlasijiet kull ħmistax għall-ħaddiema part time:

- Issa: $ 1,500
- Minn Settembru 2020: $ 750
- Minn Jannar 2021: $ 650 

Kif jinxtered il-COVID-19?

COVID-19 jinxtered minn persuna għall-oħra permezz ta’:

  • Kuntatt mill-qrib ma’ persuna waqt li tkun infettata jew f’24 siegħa qabel jidhru s-sintomi tagħha.
  • Kuntatt fil-qrib ma’ persuna b’infezzjoni kkonfermata li tisgħol jew tagħtas.
  • Mess ta’ oġġetti jew uċuħ ta’ oġġetti (bħal maqbad ta’ bieb jew imwejjed) ikkontaminati minn sogħla jew għatis minn persuna b’infezzjoni ikkonfermata u mbagħad tmiss ħalqek jew wiċċek.

Il-gvern Awstraljan jissuġġerixxi lir-residenti kollha biex iniżżlu l-COVIDSafe app. Aqra aktar:  https://www.sbs.com.au/language/english/australia-launched-covidsafe-a-coronavirus-contact-tracing-app

X’inhuma s-sintomi ta’ COVID-19?

Is-sintomi tal-coronavirus jistgħu jvarjaw minn mard ħafif għal prewmonja, skont il-websajt tal-Gvern Federali.

Is-sintomi ta’ COVID-19 huma simili ta’ każi oħra ta’ riħ u influwenza u jinkludu:

  • Deni
  • Sintomi respiratorji 
  • Sogħla
  • Uġigħ fil-grieżem
  • Nuqqas ta’ nifs 
  • Sintomi oħra jistgħu jinkludu mnieħer inixxi, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, dardir, dijarea, rimettar, telf ta’ sens ta’ xamm, tibdil fis-sens tat-togħma, telf ta’ aptit u għeja. 

L-awtoritajiet żviluppaw COVID-19 Symptom Checker (Ċekkjatur tas-Sintomi tal-COVID-19) li tista’ tuża minn darek: https://www.healthdirect.gov.au/symptom-checker/tool/basic-details

M’hemmx kura speċifika għall-coronavirus, imma l-biċċa l-kbira tas-sintomi jistgħu jkunu kkurati b’kura medika ta’ sapport. Antibijotiċi mhumiex effettivi għal kontra l-virus. 

X’nagħmel jekk niżviluppa s-sintomi?

Jekk tiżviluppa s-sintomi f’14-il ġurnata wara li tasal fl-Awstralja jew f’14-il ġurnata li jkollok kuntatt ma’ xi ħadd li jkun ikkonfermat bil-COVID-19, għandek tara t-tabib tiegħek biex jiċċekkja saħħtek jew ikkuntattja l-linja nazzjonali Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080. Tmurx fi klinika tas-saħħa jew l-isptar mingħajr ma tinfurmahom li għandek is-sintomi. 

Ċempel lit-tabib tiegħek biex tagħmel appuntament jew ikkuntattja lill-Coronavirus Health Information Hotline nazzjonali fuq 1800 020 080. Tmurx fil-klinika tas-saħħa jew l-isptar mingħajr ma tinfurmahom qabel li għandek is-sintomi.

Qabel tasal ċempel il-klinika tas-saħħa jew lill-isptar biex tgħidilhom fejn tkun ivvjaġġajt jew li kont f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat ta’ COVID-19. Għandek tibqa’ iżolat/a fid-dar tiegħek, lukanda jew f’post ta’ kura tas-saħħa sakemm l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jikkonfermaw li tkun salv/a li terġa’ lura għall-attivitajiet tas-soltu tiegħek.

Jekk trid li tkellem lil xi ħadd dwar is-sintomi tiegħek, ċempel in-National Coronavirus Helpline għall-parir. Il-linja tat-telefown topera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Ċempel 1800 020 080.

Ikseb aktar informazzjoni jekk hemmx klinika respiratorja tat-tobba fejn toqgħod u kif tirreġistra għal appuntament. https://www.health.gov.au/initiatives-and-programs/coronavirus-covid-19-gp-respiratory-clinics)

Jekk m’hemmx waħda għalissa, fejn toqgħod, iċċekkja d-direttorju tas-saħħa jew il-websajt tad-dipartiment tas-saħħa statali jew territorjali tiegħek għal aktar informazzjoni dwar kliniċi li jiċċekkjaw id-deni u servizzi oħra oħra li hemm:   https://www.health.gov.au/about-us/contact-us/local-state-and-territory-health-departments 

Jekk tkun qed issibha diffiċli biex tieħu n-nifs jew tesperjenza emerġenza medika, ċempel 000.

Min hu fl-akbar riskju ta’ mard serju?

Xi nies li jkunu infettati jistgħu ma jimirdu xejn, xi oħrjan jista’ jkollhom sintomi ħfief li minnhom jirkupraw faċilment, u oħrajn jistgħu jimirdu malajr ħafna. Minn esperjenza ta’ qabel ta’ nies li mardu bil-coronavirus, dawk l-aktar f’riskju ta’ infezzjoni serja huma:  

  • Nies Aboriġini u Torres Strait Islander li jkollhom 50 sena u aktar li jkollhom kundizzjonijiet ta’ marda kronika jew aktar minn marda kronika waħda
  • Nies ‘il fuq minn 65 sena b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi. Kundizzjonijiet inklużi fid-definizzjoni ta’ ‘kundizzjonijiet mediċi kroniċi’ ikunu ċċarati hekk kif ikun hemm aktar provi.
  • Nies li jkollhom 70 sena jew aktar.
  • Nies b’sistema ta’ immunità kompromessa.

Kif tista’ tgħin biex twaqqaf l-imxija tal-COVID-19?

Il-prattika tajba ta’ ndafa, kif tagħtas/tisgħol fil-minkeb ta’ jdejk u li żżomm ċerta distanza mill-oħrajn meta tkun marid/a, hija l-aħjar arma kontra l-biċċa l-kbira tal-viruses. Għandek:

  • Ma tħallix darek bla bżonn.
  • Iżżomm distanza soċjali tal-anqas 1.5 metri bogħod u tosserva r-regola ta’ spazju ta’ persuna waħda kull 4 metri kwadri.
  • Taħsel idejk ta’ spiss bis-sapun u bl-ilma, qabel u wara li tiekol, u wara li tmur it-tojlit.
  • Tgħatti wiċċek meta tisgħol u tagħtas, tarmi tissues użati, u tuża sanitiser tal-idjen li jkun magħmul minn ingridjent alkoħoliku.
  • Jekk ma tħossokx tiflaħ, evita kuntatt ma’ oħrajn (oqgħod aktar minn 1.5 metri ‘l bogħod min-nies oħrajn).
  • Kun responsabbli u oqgħod id-dar kemm jista’ jkun.

Min huwa obbligat li jiżola lilu nnifsu?

  1. Dawk kollha li jaslu l-Awstralja, jew jaħsbu li kienu f’kuntatt mill-qrib ma’ każ ikkonfermat ta’ COVID-19, huma meħtieġa li jiżolaw lilhom infushom għal 14-il ġurnata.
  2. Dawk kollha li jkunu jivvjaġġaw u jaslu l-Awstralja, ikunu meħtieġa li jiżolaw lilhom infushom bilfors għal 14-il ġurnata f’faċilitajiet apposta (per eżempju, lukanda).
  • Nies li jkunu waslu mill-ivvjaġġar ikunu trasportati lejn faċilitajiet apposta wara l-iċċekkjar xieraq mill-immigrazzjoni u dwana u l-iċċekkjar sewwa tas-saħħa tal-persuna.

  3. Jekk ikollok dijanjosi ta’ COVID-19, għandek toqgħod id-dar:

  • tmurx f’postijiet pubbliċi bħax-xogħol, skola, shopping centres, childcare jew l-università
  • itlob lil xi ħadd biex iġieblek l-ikel u bżonnijiet oħra u jħallihom quddiem il-bieb
  • tħallix viżitaturi jidħlu ġewwa — dawk biss li ssoltu joqogħdu miegħek għandhom ikunu f’darek

Id-distanza soċjali 

Id-distanza soċjali hija mod wieħed biex tgħin li tieqaf l-imxija tal-viruses bħal COVID-19.  Aktar ma jkun hemm spazju bejnek u oħrajn aktar ikun diffiċli għal virus biex jinxtered.

Dan jinkludi l-mess ta’ affarijiet jew il-mess ta’ uċuħ ta’ affarijiet (bħal ħendil tal-bieb jew il-wiċċ tal-mejda) ikkontaminati minn sogħla jew għatis minn persuna li tkun ikkonfermata b’każ ta’ COVID-19.

  • Oqgħod id-dar

Id-direttiva stretta tal-Kabinett Nazzjonali għan-nies kollha fl-Awstralja hija li jibqgħu d-dar ħlief biex:

•             imorru jixtru dak li jkollhom bżonn – ikel u provvisti meħtieġa;

•             bżonnijiet ta’ saħħa jew kura medika, inklużi ħtiġijiet ta’ kompassjoni;

•             eżerċizzju skont il-miżuri ta’ nies miġbura f’daqqa fil-pubbliku;

•            xogħol u studju, jekk ma tistax taħdem jew titgħallem f’post remot.

Nista’ nżur familja u ħbieb f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani?

Bħala regola ġenerali għall-Awstralja kollha, iżżurx faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, jekk:

  • Erġajt lura minn barra l-Awstralja fl-aħħar 14-il ġurnata.
  • Kont f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat ta’ COVID-19 fl-aħħar 14-il ġurnata.
  • Għandek deni jew sintomi ta’ infezzjoni respiratorja (pereżempju sogħla, uġigħ fil-grieżem diffikultà biex tieħu n-nifs).
  • Trid tkun ħadt it-tilqima kontra l-influwenza biex iżżur lil xi ħadd f’faċilità tal-kura tal-anzjani.

Jekk jogħġbok innota li stati u territorji għandhom regoli speċifiċi, fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, li ma jistgħux jikkontradixxu r-rakomandazzjonijiet tal-Kabinett Nazzjonali.

Għandi nilbes maskra tat-tobba?

Iż-żjieda riċenti fit-trasmissjoni tal-COVID-19 fil-komunità fl-Awstralja tfisser li xi stati u territorji issa jirrakomandaw jew jitolbu l-użu tal-maskri.

Il-maskri tal-wiċċ issa jew huma meħtieġa jew irrakomandati fil-Victoria (jiddependi fejn toqgħod) minħabba r-rati għolja tat-trasmissjoni tal-coronavirus fil-komunità hemmhekk.  https://www.dhhs.vic.gov.au/face-coverings-1159pm-wednesday-22-july

In-nies fi New South Wales ġew mitluba biex jikkunsidraw li jilbsu maskra tal-wiċċ jekk joqogħdu jew jaħdmu f’erja fejn hemm il-periklu tal-virus (hotspot) u fejn ma tistax tinżamm distanza soċjali.

Waqt li maskra tista’ tintuża bħala prekawzjoni ekstra, għandek tkompli:

•toqgħod id-dar jekk ma tkunx tiflaħ

•iżżomm distanza fiżika (aktar minn 1.5M) minn nies oħra, meta tkun barra

•tevita ġemgħat kbar u spażji ffullati fil-magħluq

•iżżomm idejk indaf u ndafa respiratorja

Jekk iċ-ċirkustanzi jinbidlu fl-istat jew territorju fejn toqgħod, il-parir dwar l-użu tal-maskri jista’ jkollu jinbidel. Importanti li żżomm ruħek aġġornat/a skont il-pariri tal-inħawi lokali fejn toqgħod. 

L-ivvjaġġar minn jew għall-Awstralja

In-nies fl-Awstralja għandhom jevitaw l-ivvjaġġar domestiku kollu li ma jkunx essenzjali. Stati u territorji, jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet tagħhom, inkluż l-għeluq tal-fruntieri statali tagħhom.  

Ġbir ta’ data mandatorja

Mill-1 ta’ Ottubru 2020, se jkun hemm ġbir ta’ data mandatorja dwar titjiriet domestiċi biex jgħinu lill-istati u t-territorji meta jkun hemm bżonn tal-ittrejsjar ta’ kuntatti: isem, indirizz tal-email, numru ta’ kunttt tal-mowbajl, u stat ta’ residenza.

Skejjel tal-borders

Tfal fi skejjel tal-borders mal-pajjiż huma permessi li jmorru d-dar fil-btajjel tal-iskola, f’Settembru – Ottubru 2020, partikularment dawk li jkunu ħarġu minn skejjel tal-borders u jkunu sejrin lura f’inħawi remoti.

Prinċipji Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku

Is-servizzi tat-trasport pubbliku huma r-responsabilità tal-istati u t-territorji, u l-Kabinett Nazzjonali jendorsja serje ta’ prinċipji biex jgħin fl-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-passiġġieri fuq in-networks tat-trasport pubbliku, inkluż: li ma tivvjaġġax meta tħossok ma tiflaħx, li żżomm distanza fiżika mis-sewwieqa u passiġġieri oħra u li tevita li tuża flus kontanti. Dawk li jużaw it-trasport pubbliku m’humiex meħtieġa li jilbsu maskri, imma jistgħu jagħmlu hekk fuq bażi volontarja. Aktar informazzjoni dwar il-Prinċipji għall-Operazzjonijiet tat-Trasport Pubbliku għal COVID-19 hawnhekk: https://www.infrastructure.gov.au/transport/files/COVID19_public_transport_principles_29052020.pdf

Dawk li Jivvjaġġaw minn barra l-Awstralja 

Hemm limiti fuq in-numru ta’ wasliet ta’ passiġġieri internazzjonali sa tal-anqas l-24 ta’ Ottubru 2020:

  • Melbourne – l-ebda wasliet ta’ passiġġieri internazzjonali;
  • Sydney – limitu ta’ 350 wasliet ta’ passiġġieri kuljum;
  • Perth – limitu ta’ 525 wasliet ta’ passiġġieri kull ġimgħa;
  • Brisbane – limitu ta’ 500 wasliet ta’ passiġġieri kull ġimgħa;
  • Adelaide – limitu ta’ 500 wasliet ta’ passiġġieri kull ġimgħa;
  • Canberra, Darwin – limiti ta’ passiġġieri fuq kull titjira jkunu diskussi mal-ġurisdizzjonijiet relevanti skont il-mertu ta’ kull każ;
  • Hobart – m’hemmx titjirijiet internazzjonali.

L-aħħar aġġornament

  • New South Wales se jakkomoda 500 passiġġier addizzjonali kull ġimgħa sas-27 ta’ Settembru 2020. 
  • Queensland u Western Australia se jakkomodaw 200 passiġġier addizzjonali kull ġimgħa mis-27 ta’ Settembru.
  • Queensland (4 ta’ Ottubru) u Western Australia (11 ta’ Ottubru) se jakkomodaw 300 passiġġier aktar (jilħqu l-500 passiġġier żjieda kull ġimgħa).

Dawk li jivvjaġġaw f’pajjiżi oħra barra l-Awstralja, li jaslu l-Awstralja, irrespettivament in-nazzjonalità tagħhom jew il-punt tat-tluq ikollhom jiżolaw lilhom infushom għal 14-il ġurnata f’faċilijiet speċifikati qabel imorru lura lejn darhom. 

Ikunu ttestjati għall-coronavirus waqt li jidħlu f’kwarantina u qabel ikunu permessi li jitilqu. 

Jista’ jkollok ukoll tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kwarantina. Dawn il-ħtiġijiet huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet tal-istat u t-territorju:

Ċittadini Awstraljani u residenti permanenti ma jistgħux jivvjaġġaw barra l-Awstralja minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.

Madankollu, jekk tkun trid tħalli l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni tal-ivvaġġar jekk tissodisfa waħda minn dawn il-kategoriji:

· l-ivvjaġġar tiegħek ikun parti mir-rispons tal-imxija tal-COVID-19, inkluża l-proviżjoni ta’ għajnuna 

· l-ivvjaġġar tiegħek ikun essenzjali fl-operazzjonijiet tal-industriji u n-negozji essenzjali (inklużi l-industriji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni)

· tkun qed tivvjaġġa biex tirċievi kura medika urġenti li mhix disponibbli fl-Awstralja

· tkun qed tivvjaġġa għal negozju personali urġenti u li ma tistax tevita

· bażi ta’ kompassjoni jew umanitarja 

· l-ivvaġġar tiegħek ikun għall-interess nazzjonali.

Bejn vjaġġ u ieħor

Ir-regoli tal-ivvjaġġar qegħdin jinbidlu minn waqt għall-ieħor. Jekk iddeċidejt li terġa’ lura l-Awstralja: 

  • iċċekkja r-rotta tiegħek sewwa u żomm kuntatt mal-linja tal-ajru tiegħek jew mal-aġent tal-ivvjaġġar
  • segwi avviżi uffiċjali mill-ajruporti minn fejn tkun se titlaq u tal-awtoritajiet tal-gvern
  • ikkuntattja l-eqreb ambaxxata jew konsulat tal-pajjiżi minn fejn tkun se taqbad l-ajruplan jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ħtiġijiet tad-dħul jew tat-tluq mill-pajjiż li jkun

Mur fuq https://www.smartraveller.gov.au/news-and-updates/covid-19-helping-australians-return-home għal aktar informazzjoni u aġġornamenti  .

Kif l-awtoritajiet fl-Awstralja qegħdin jimmaniġġaw l-imxija?

Il-Prim Ministru attiva l-Pjan ta’ Rispons ta’ Emerġenza għal Novel Coronavirus (COVID-19).

$2 biljun investiment minn Ottubru 2020 sa Marzu 2020 mistenni jestendi s-servizzi tat-telehealth għal sitt xhur, biex jilħaq aktar nies fl-Awstralja permezz tas-servizzi tas-saħħa, partikularment fis-saħħa mentali 

Proviżjonijiet fi ħlasijiet għall-enerġija, ilma u rates għal dawk li jkunu għaddejjin minn tbatija 

L-awtoritajiet qegħdin joffru għażliet ta’ ħlas flessibbli għal dawk kollha li joqogħdu fl-istess dar u lin-negozji żgħar waqt tbatija finanzjarja billi:

  • Ma jinqatax jew ikun hemm restrizzjoni tal-provvista/servizzi lil dawk fi tbatija finanzjarja; 
  • Ikunu deferiti proċeduri ta’ rkuprar ta’ dejn u li jinżamm rekord ta' dejn li jaffettwa l-kreditu tieghek; 
  • Ikunu mwarrba miżati ta’ ħlas fit-tard u ċarġis ta’ mgħax fuq dejn; u 
  • Ikun minimizzat il-qtugħ ippjanat għal xogħlijiet kritiċi. 
  • Dawk li jkunu jistgħu jħallsu l-kontijiet tagħhom għandhom ikomplu jagħmlu hekk  - dan huwa kritiki biex tkun żgurata l-vijabilità kontinwa tal-provvedituri tas-servizzi essenzjali. 

Flessibiltà għal xi wħud li jkollhom viża

Dawk li jkollhom viża biex jaħdmu waqt vaganza: Eżenzjoni mil-limitu ta’ xogħol ta’ sitt xhur kontinwi ma’ min iħaddem, jekk jaħdmu f’qasam ta’ industrija kritika: saħħa, kura tal-anzjani, kura għal dawk b’diżabilità, ħarsien tat-tfal, agrikultura u ikel, u jkunu eleġibbli għal estensjoni tal-viża, jekk il-viża kurrenti tagħhom, tkun se tagħlaq fis-sitt xhur li ġejjin.

Programm tal-Ħaddiema Staġjonali u dawk li jieħdu sehem l-Iskema tax-Xogħol fil-Paċifiku: se jkunu jistgħu jestendu l-viża tagħhom sa sena oħra.

Dawk li jkollhom viża Temporanja għall-Kapaċitajiet tagħhom: jekk jitilfu x-xogħol tagħhom, ikollhom 60 ġurnata biex isibu min jerġa’ jisponsorjahom jew jitilqu mill-Awstralja (anke jekk ikollhom flus imfaddla jew sapport tal-familja).

Jekk ikunu mwaqqfa mix-xogħol (stood down) imma jkunu għadhom impjegati, jew ikollhom is-sigħat ta’ xogħol tagħhom imnaqqsa, ma jkunx ikkunsidrat bħala ksur tal-kundizzjonijiet tal-viża. Jista’ jkollhom aċċess sa $10,000 mill-fondi tas-superannuation tagħhom f’din is-sena finanzjarja.

Studenti internazzjonali:
-jistgħu jibqgħu l-Awstralja sakemm ikollhom xogħol. Jekk ma jkollhomx xogħol, sapport tal-familja jew flus imġemmgħa, għandhom jikkunsidraw arranġamenti oħra.
-Studenti internazzjonali li jaħdmu fis-settur tal-kura tal-anzjani u bħala nersis huma permessi li jaħdmu aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa.
-jista’ jkollhom aċċess ukoll għas-superannuation tagħhom jekk ikun ilhom l-Awstralja għal tal-anqas 12-il xahar.

-Fil-Victoria studenti internazzjonali jirċievu ħlas ta’ għajnuna sa $1,100 bħala parti mill-pakkett ta’ sapport ta’ emerġenza tal-Gvern ta’ Victoria li se jgħin eluf ta’ nies mal-istat kollu tagħna.

Turisti: għandhom jirritornaw lejn pajjiżhom, partikularment dawk mingħajr sapport tal-familja.

Sapport tas-saħħa mentali

  • Il-Gvern żied 10 sessjonijiet ta’ terapija fiżjoloġika b’sussudju mill-Medicare għal dawk suġġetti għal aktar restrizzjonijiet f’inħawi milquta mit-tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19.
  • Individwi meħtieġa li jkollhom Pjan ta’ Kura ta’ Saħħa Mentali: (https://www.healthdirect.gov.au/mental-health-care-plan) u reviżjoni mit-tabib biex ikomplu jirċievu kura ta’ saħħa mentali mill-psikoloġista, psikjatra, tabib jew ħaddiema oħra eliġibbli fil-qasam tas-saħħa tagħhom.
  • Il-portal diġitali dwar is-saħħa mentali tal-Gvern,  Head to Health (www.headtohealth.gov.au), huwa sors uniku ta’ informazzjoni u gwida awtoritattiva dwar kif iżżomm saħħa mentali tajba waqt il-pandemija tal-coronavirus u meta tkun iżolat/a, kif tissapportja lit-tfal u dawk għeżież għalik, u kif ikollok aċċess għal aktar servizzi u kura tas-saħħa mentali.

 Informazzjoni mill-Gvern 


  •  In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ’l bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet dwar il-limitu ta’ nies miġbura flimkien fl-istat fejn toqgħod. https://www.sbs.com.au/language/english/how-australia-s-states-and-territories-are-relaxing-coronavirus-restrictions  
  • Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, oqghod id-dar u organizza biex isirlek test billi ċċempel it-tabib tiegħek jew billi tikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080. 
  • Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’www.sbs.com.au/coronavirus