Coming Up Tue 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Fi NSW se jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 fejn toqgħod int

Source: AAP

Ir-regoli u r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 għal New South Wales qed jitnaqqsu bil-mod, għal dawk li jkunu mlaqqma kompletament. Dan huwa l-ewwel pass għal ‘aktar ħelsien’ li l-gvern ta’ NSW jgħid se jkomplu jseħħu meta t-tilqim jilħaq is-70 u 80 fil-mija.

Bħalissa hemm regoli biex dawk li joqogħdu fi Geater Sydney, inklużi l-Blue Mountains u l-inħawi tal-gvern lokali ta’ Wollongong biex kulħadd jibqa’ ġewwa, imma waqt li r-rati tat-tilqim qegħdin jiżdiedu, xi restrizzjonijiet qegħdin jibdew jitnaqqsu.  

NSW Health identifikaw 12-il erja tal-gvern (LGAs) li huma ta’ tħassib għal Sydney, minħabba l-imxija tal-COVID-19 Delta. Mit-13 ta’ Settembru 2021:

Għal dawk li joqogħdu barra l- LGAs ta’ tħassib  li huma mlaqqma kompletament, permessi li jinġabru barra sa ħamsa min-nies (dawn ma jinkludux it-tfal) f’LGA ta’ persuna jew f’sa ħames kilometri bogħod mid-dar.

Għal dawk li joqogħdu ġewwa l-LGAs ta’ tħassib, membri fi djar b’persuni adulti li jkunu mlaqqma kompletament se jkunu jistgħu jinġabru barra għal rekreazzjoni – inklużi pikniks – skont ir-regoli eżistenti (għal siegħa biss, b’sa ħames kilometri bogħod mid-dar). 

LGAs of concern in Greater Sydney COVID-19
There are 12 Local Government Areas (LGAs) of concern in Greater Sydney including some suburbs in Penrith.
SBS

Dan flimkien mas-siegħa permessa għall-eżerċizzju. Għandu jkollok prova tat-tilqima tiegħek  miegħek il-ħin kollu.

NSW Reġjonali

Xi partijiet ta’ NSW reġjonali li huma kkunsidrati bħala ta’ riskju baxx u li ma esperjensawx każi tal-COVID għal tal-anqas 14-il ġurnata ħarġu mil-lockdown fil-11 ta’ Settembru imma se jkomplu joperaw taħt xi restrizzjonijiet.

Fejn ordinijiet biex kulħadd jibqa’ ġewwa tneħħew f’LGAs reġjonali:

  • Sa ħames viżitaturi permessi fid-dar (dawn ma jinkludux tfal ta’ 12-il sena jew iżgħar).
  • Sa 20 persuna jistgħu jinġabru barra.  
  • Postijiet jinkludu dawk tal-ospitalità, ħwienet u gyms jistgħu joperaw skont ir-restrizzjonijiet.

Mappa ta’ Sydney Metropolitana

Map showing Metropolitan Sydney
Map showing Metropolitan Sydney
NSW Government

Aktar restrizzjonijiet jitneħħew meta jintlaħqu s-70 u t-80 fil-mija tat-tilqim

Waqt li n-numru ta’ dawk imlaqqma jikber, aktar restrizzjonijiet jistgħu jitneħħew għal dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi.  

Il-gvern ta’ NSW jgħid li meta 70 fil-mija tal-popolazzjoni tkun ħadet kompletament it-tilqima, “diversi restrizzjonijiet tal-familja, tal-industrija, komunitarji u ekononiċi” jitneħħew għal dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi.

"L-ordnijiet biex dawk adulti jibqgħu ġewwa jitneħħew wara li jkunu rċivew iż-żewġ dożi tat-tilqima tal-COVID-19 mit-Tnejn wara li NSW ikun qabeż is-70 fil-mija taż-żewġ tilqimiet”.

Dawk biss li jkunu mlaqqma kompletament u dawk b’eżenzjonijiet  mediċi jkollhom aċċess għall-‘ħelsien’ permess skont ir- Reopening NSW roadmap (Pjan tal-ftuħ mill-ġdid ta’ NSW).

Meta jkun hemm 80 fil-mija tal-popolazzjoni mlaqqma kompletament ikun hemm aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet fl-industrija, l-komunità u l-ekonomija. Id-dettalji dwar dan għadhom qegħdin jinħadmu.

Mappa ta’ Greater Sydney, Central Coast, Shellharbour, Blue Mountains, Wollongong

Greater Sydney, Central Coast, Shellharbour, Blue Mountains and Wollongong
Greater Sydney, Central Coast, Shellharbour, Blue Mountains and Wollongong, showing where restrictions applied.
NSW Government

Jista’ jkollok aċċess għal aġġornamenti regulari u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ SBS.com.au/Coronavirus