Coming Up Fri 12:00 PM  AEST
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

L-Awstralja nidiet COVIDSafe; app li jittrejsja l-kuntatt tal-koronavirus

A close up of the government's coronavirus tracing app. Source: SBS

L-Awstralja nidiet COVIDSafe; l-app tal-gvern li jgħin lin-nies ikunu kkuntattjati jekk ikunu esposti għall-virus tal-COVID-19. Huwa app fuq il-mowbajl. Dan huwa dak li għandek tkun taf.

X’inhu l-iskop tal-app?

L-app mistenni li jtejjeb li jkunu ttrejsjati l-każi tal-koronavirus u n-nies li jkunu f’kuntatt ma’ każi bħal dawn. Jgħin biex individwi li seta’ kellhom kuntatt ma’ każ pożittiv ikunu identifikati, permezz tal-informazzjoni li tkun storjata fuq it-telefown, meta tkun disponibbli lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-kuntatt ikun irrekordjat, jekk il-persuna kienet f’kuntatt ta’1.5 metri ta’ persuna oħra u l-kuntatt ikun dam tal-anqas 15-il minuta.

Li tissieħeb u tniżżel il-COVIDSafe app huwa voluntarju. Il-gvern jirrakomanda li r-residenti Awstraljani kollha jniżżlu l-app, għaliex aktar man-nies jikkonnettjaw mal-COVIDSafe app, aktar ikun faċli li jittresjaw il-virus.

Kif l-awtoritajiet jużaw l-informazzjoni tal-COVIDSafe?

Il-COVIDSafe app inħoloq biex iħaffef il-proċess manwali preżenti li jsib lil dawk in-nies li kienu f’kuntatt viċin ma’ xi ħadd bil-COVID-19. Dan il-proċess għandu jnaqqas ic-ċansijiet li wieħed jgħaddi l-virus lill-familja, ħbieb jew nies oħra fil-komunità, mingħajr ma jkunu jafu.

Uffiċjali tas-saħħa u territorjali jista’ jkollhom biss aċċess għall-informazzjoni tal-app jekk xi ħadd jittestja pożittiv u jaqbel li l-informazzjoni fuq it-telefown tiegħu tkun illowdjata. L-uffiċjali tas-saħħa jistgħu jużaw l-informazzjoni tal-app biss biex tkun ta’ alert għal dawk li jista’ jkollhom bżonn kwarantina jew ikunu ttestjati.

Il-COVIDSafe app huwa l-uniku app approvat mill-Gvern Awstraljan li jittresja l-virus. Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-COVIDSafe app.

X’informazzjoni personali tinqasam permezz tal-COVIDSafe app?

Meta dawk li jużaw l-app iniżżluh, huma jipprovdu isimhom, il-mowbajl u l-kodiċi postali tagħhom u jagħżlu s-sekwenza tal-età, skont l-età tagħhom. Huma mbagħad jirċievu konferma b’messaġġ SMS biex iniżżlu l-app. Is-sistema mbagħad toħloq kodiċi ta’ referenza maqluba f’kowd uniku.

COVIDSafe tagħraf tagħmir ieħor installat mal-COVIDSafe app u li jaħdem permezz tal- Bluetooth. Meta l-app jagħraf lil xi ħaddieħor li juża l-app, jinnota d-data, il-ħin, id-distanza u t-tul tal-kuntatt u l-kodiċi ta’ referenza tal-persuna l-oħra. Il-COVIDSafe app mhux suppost li jindika l-post tal-persuna li tkun qed tużah.

Il-Gvern Awstraljan jgħid li l-informazzjoni tkun miġbura f’kowd u l-identifikazzjoni tal-kowd tkun storjata b’mod sigur fuq it-telefown ta’ min juża l-app. L-informazzjoni tal-kuntatt  storjata fuq il-mowbajl ta’ dak li jkun titneħħa wara 21 ġurnata. Dan il-perjodu jinkludi l-perjodu tal-inkubazzjoni tal-COVID-19 u ż-żmien li jittieħed għall-ittestjar.    

X’jiġri meta persuna li tuża l-app tittestja pożittiva?

Meta xi ħadd ikollu dijanjosi tal-COVID-19, l-informazzjoni ta’ kuntatt bil-kowd mill-app tkun illowdjata fuq sistema ta’ storjar ta’ iformazzjoni sigura, jekk min juża l-app jagħti permess. Uffiċjali tas-saħħa statali u territorjali mbagħad:

  • jużaw il-kuntatti fl-app biex jissapportjaw il-kuntatti tas-soltu tagħhom li jittresjaw oħrajn
  • iċemplu lin-nies jew il-ġenituri/dawk li jieħdu ħsiebhom biex jgħidulhom li kienu esposti għall-virus
  • joffrulhom pariri dwar il-passi li jmiss, inklużi:
  • minn xiex għandhom joqogħdu attenti
  • meta, fejn u kif ikunu ttestjati
  • x’għandhom jagħmlu biex jipproteġu lill-ħbieb u l-familja milli jkunu esposti għall-virus
  • Uffiċjali tas-Saħħa ma jagħtux l-isem tal-persuna nfettata.

Jekk int imħasseb/imħassba dwar il-privatezza tal-informazzjoni tiegħek, aqra l-Privacy Policy. (Policy ta’ Privatezza).

In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metres metri ‘l bogħod minn xulxin u ġemgħat ta’ nies huma limitati għal tnejn jew anqas sakemm ma tkunx ma’ xi ħadd tal-familja tiegħek jew li toqogħdu fl-istess dar.

Jekk taħseb li kont f’kuntatt mal-virus ċempel lit-tabib tiegħek, (tmurx fil-klinika) jew ikkuntattja l-Coronavirus Health Information Hotline nazzjonali fuq 1800 020 080. Jekk qed issibha diffiċli biex tieħu n-nifs jew tesperjenza emerġenza medika, ċempel 000.

SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja bl-aħħar żviluppi tal-COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus.

 

Source SBS News, Australian Government Department of Health