Coming Up Tue 12:00 PM  AEDT
Coming Up Live in 
Live
Maltese radio

Kif toħloq u tilloggja fl-account tiegħek tal-SBS On Demand

1.    Oħloq account b’indirizz tal-email

Mur fuq www.sbs.com.au/ondemand jew fuq l-iOS Android app  tiegħek ta’ SBS On Demand 

  • Mur fuq Sign In / Sign Up
  • Ikteb l-ewwel isem tiegħek
  • Ikteb kunjomok
  • Ikteb indirizz ta’ email (int tirċievi email biex tivvalida li huwa indirizz tal-email veru)
  • Oħloq password (għandu jkollha minimu ta’ 6 karattri, inkluż numru wieħed)
  • Oħloq isem li jidher viżwalment (jew aħna noħolqu wieħed għalik). X’inhu dan l-isem? Huwa titlu ta’ profil pubbliku li jidher jekk tagħmel kumment
  • Agħżel is-sena tat-twelid tiegħek mid-drop down menu
  • Agħżel is-sess tiegħek mid-drop down menu

 

2.    Oħloq account billi tilloggja ma’ Facebook

Uża d-dettalji tiegħek biex tilloggja mal-Facebook biex ikollok aċċess għal SBS On Demand

3.   Oħloq account biex tilloggja f’Google

Uża d-dettalji tiegħek ta’ Google biex ikollok aċċess għal SBS On Demand

 

BIEX TILLOGGJA / DAWK LI JUŻAW IS-SISTEMA EŻISTENTI

1.   Irreġistra bl-email

  • Mur fuq www.sbs.com.au/ondemand jew fl-iOS / Android app
  • Ikteb l-email u l-password li wżajt biex tirreġistra
  • Ma tiftakarx il-password tiegħek? Uża l-link tal-Forgot Password

2.   Irreġistra ma’ Facebook

  • Ikteb l-email u l-password tiegħek li wżajt biex ikollok aċċess għall-account tal-Facebook tiegħek

3.   Irreġistra ma’ Google

  • Ikteb l-email u l-password tiegħek li wżajt biex ikollok aċċess għall-account tiegħek

tal-Google

 

 

Għaliex għandi bżonn account?

Issa trid li tirreġistra biex ikollok aċċess għal SBS On Demand. Dan l-illoggjar jista’ jkun użat għall-apps u t-tagħmir kollu favorit tiegħek tal-SBS u jgħinna nibnu esperjenza ta’ dak li tħobb tara aktar personalizzata għalik – billi nikkonnettjawk aktar ma’ dak li tħobb u li nagħtuk aċċess għal serje televiżivi u films esklussivi malajr, hekk kif ikunu disponibbli.

Ibqa’ ċert/a li l-informazzjoni tiegħek hija salva u sigura u tintuża skont il-privacy policy(policy privata) tagħna.

 KIF TNIŻŻEL L-APP

1.       iOS

https://support.apple.com/en-au/HT204266

Uża l-App Store biex tniżżel l-apps fuq l-iPhone, iPad, iPod touch, Apple TV, jew Mac tiegħek.

Biex tniżżel l-SBS On Demand app mill-App Store, għandek bżonn Apple ID. L-Apple ID tiegħek huwa l-account li tuża int biex ikollok aċċess għas-servizzi ta’ Apple. Jekk użajt servizzi oħra ta’ Apple bħal iCloud, irreġistra fl-App Store bl-istess Apple ID. Jekk m’għandekx Apple ID, tista’ toħloq wieħed billi tuża dawn l-istruzzjonijiet: https://support.apple.com/en-au/HT203993

2.       Android

-         Iftaħ il-Google Play Store app Google Play

Nota: tista’ tmur ukoll fuq play.google.com

-         Fittex jew ibbrawżja għal SBS On Demand

-          Agħżel l-item

-          Ittappja Install

-          Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin sakemm tispiċċa d-dettalji kollha li għandek tniżżel

Tista’ tibdel x’lingwa tkun murija meta żżur Google Play billi tibdel is-settings tal-Google Accounts tiegħek.