Dak kollu li għandek tkun taf dwar it-tilqim tal-COVID-19 u tilqima bħal booster

Waqt li l-Awstralja qed tkompli tilqa’ għall-COVID-19 fost emerġenza li nħolqot mill-varjant Omicron, qed tkompli l-insistenza mill-awtoritajiet għat-tilqim bħala booster. Dan huwa dak li għandek tkun taf.

The Coordinator General of Operation COVID Shield Lieutenant General John Frewen receives his COVID-19 vaccination booster dose at Erindale Pharmacy in Canberra, Tuesday, December 14, 2021. (AAP Image/Lukas Coch) NO ARCHIVING

The Coordinator General of Operation COVID Shield Lieutenant General John Frewen receives his COVID-19 vaccination booster dose in Canberra. Source: AAPAAP Image/Lukas Coch

Ir-rata għolja tat-tilqim madwar l-istati u t-territorji tal-Awstralja wasslet għall-bidu mill-ġdid tat-titjirijiet internazzjonali u t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-lockdown.

B’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ każi mistenni li jikber, u minħabba l-imxija tal- varjanti infettivi tal-Omicron u Delta, l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jitolbu lin-nies biex jieħdu t-tilqima tal-booster biex ikunu protetti aktar kontra l-virus.

It-teknoloġija tal-vaċċin li tifforma t-tilqim tal-booster hija  l-istess bħall-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin.

“Il-boosters huma importanti ħafna biex jagħtu aktar immunità lill-bniedem, partikularment waqt li l-varjant tal-Omicron x’aktarx jinxtered madwar id-dinja,” qal is-segretarju tad-Dipartiment tas-Saħħa Brendan Murphy f’Diċembru.

Kampanja għall-Booster

Kmieni f’Diċembru l-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt nieda kampanja nazzjonali għat-tilqim tal-booster qabel l-istaġun tal-festi, u n-nies fl-Awstralja qegħdin ikunu mħeġġa biex jieħdu t-tilqima kmieni kemm jista’ jkun fost tħassib li ħafna nies li ħadu ż-żewġ tilqimiet jista’ jkollhom protezzjoni limitata kontra l-varjant Omicron.

B’riżultat ta’ dan il-Grupp Awstraljan ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim (Australian Technical Advisory Group on Immunisation) (ATAGI) biddel id-data   taż-żmien irrakomandat għal aktar kmieni meta għandha tittieħed it-tilqima tal-booster, minn sitt xhur wara l-vaċċinazzjoni primarja, għal ħames xhur.  

Sa 1.5 miljun persuna fl-Awstralja issa jistgħu jieħdu d-doża tal-booster tagħhom immedjatament.

ATAGI  approvaw il-vaċċin Moderna wkoll flimkien mal-Pfizer bħala booster.

Biex jinkoraġġixxu s-sehem tan-nies, il-gvernijiet federali u statali qegħdin imexxu  diversi kampanji biex jittieħdu l-boosters fil-pajjiz.

Dożi tal-booster għall-anzjani

Il- konsulenza tal-gvern  tgħid li dawk li għandom 70 sena u aktar, dawk li għandhom 65 sena u aktar u dawk l-anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi ta’ mard, dawk b’sistemi ta’ immunità dgħajfa u nies Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom 50 sena u aktar b’kundizzjoni medika kronika jinsabu f’riskju aktar għoli ta' mard serju, jekk ikunu esposti għall-coronavirus.

 Statistiċi  tad-dipartiment tas-saħħa Federali juru li minn Jannar 2020, 1,910 persuna anzjana Awstraljana tiflet ħajjitha kaġun tal-COVID-19.
PM Morrison received his COVID-19 booster vaccination with elderly Jane Malysiak in NSW.
PM Scott Morrison received his COVID-19 booster vaccination alongside Jane Malysiak in NSW. Source: SMH POOL
Il-periklu ta’ infezzjoni huwa partikularment aktar għoli bil-varjanti tal-virus Delta u Omicron u t-tilqim inaqqas b’mod konsiderevoli l-periklu ta’ mard serju jew mewt kaġun tal-virus.  

Dawk fl-Awstralja aktar anzjani kienu fost l-ewwel li ħadu l-vaċċin bħala booster meta kien introdott mal-Awstralja.

Dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena huma eliġibbli għal kull booster tal-vaċċin approvat mill-gvern.

Residenti f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani jistgħu jirċievu t-tilqimiet preliminari tagħhom u l-booster fi kliniċi tal-Commonwealth.

Faċilitajiet residenzjali jiddiskutu l-appuntament mar-residenti jew ma’ min ikun qed jieħdu deċiżjoni għalihom bħala parti mill-proċess tat-tilqim.

Hawnhekk issib aktar informazzjoni dwar it-tilqim għal residenti fil-kura tal-anzjani jew biex tibbukkja għall-booster.

Tilqim għat-tfal

L-Ammistrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi u ATAGI  approvaw proviżjonalmnet il-vaċċin tal-Pfizer  għat-tfal bejn l-etajiet ta’ 5 snin u 11-il sena.

Din l-approvazzjoni hija bbażata fuq ir-riżultati ta’ prova klinikali riċenti li turi li l-vaċċin huwa effettiv ħafna u l-biċċa l-kbira tal-effetti negattivi huma baxxi u jgħaddu malajr, qalu ATAGI fi stqarrija.

L-ibbukkjar għal dan it-tilqim jista’ jsir issa u t-tilqim jibda mill-10 ta’ Jannar, 2022.

It-tilqim jista’ jsir għand it-Tobba, f’Servizzi tas-Saħħa Aboriġinali, fi spiżeriji komunitarji u fi kliniċi statali u territorjali.
child vaccinated
Vaccinating children can help reduce community transmission and prevent them passing the virus onto the wider community. Source: Getty Images
ATAGI irrakomndaw intervall ta’ tmien ġimgħat bejn iż-żewġ dożi tat-tilqimiet, imma dan iż-żmien jista’ jitqassar għal tliet ġimgħat f’ċirkustanzi speċjali bħal f’postijiet fejn ikun hemm imxija tal-virus.

Tfal bejn il-5 snin u l-11-il sena f’fatturi ta’ riskju mediku għall-mard serju, tfal Aboriġini u Torres Strait Islander u tfal li joqogħdu f’kundizzjonijiet iffullati jew f’inħawi ta’ periklu ta’ imxija tal-virus, x’aktarx li l-aktar jibbenifikaw mit-tilqim tal-COVID-19 meta wieħed iqis ir-riskju żejjed li jkunu fih u/jew jistgħu jiltaqgħu miegħu, qalu ATAGI.  

Tfal ta’ din l-età li qabel kellhom il-COVID-19 jistgħu jieħdu l-vaċċin wara li jkunu fiequ mill-mard tagħhom.

Id-doża rrakomandata għat-tfal hija differenti minn dik tal-kbar, minn doża ta’ 10 mikrogrammi, imqabbla ma’ 30 mikrogrammi għal dawk li jkollhom 12-il sena jew aktar.

Tfal li jgħalqu 12-il sena wara l-ewwel doża tagħhom jistgħu jirċievu l-vaċċin tal-COVID-19 tal-adolexxenti/adulti biex jispiċċaw il-proċess tat-tilqima primarja.

Fejn nista’ nikseb aktar għajnuna?

Wara li l-Omicron kien iddikjarat bħala ‘varjant ta’ tħassib’ mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-gvern federali ġedded l-isforzi tiegħu biex jinħoloq għarfien dwar it-tilqim bħala booster.
International students return to Australia
Booster doses provide an added layer of protection. Source: AAPAAP Image/Bianca De Marchi
Dr Lucas De Toca, l-Ewwel Assistant Segretarju tar-Rispons Primarju tal-COVID-19  spjega għaliex id-dożi tal-booster huma importanti anke meta  aktar għażliet ta’ kura  qegħdin isiru disponibbli.  

"Sfortunatament m’hemmx soluzzjoni ta’ kura meta niġu għall-COVID-19,” huwa qal.  

Tilqim bħala booster jista’ jittieħed ħames xhur wara d-data li tkun ħadt it-tieni doża tal-tilqima preliminarja. Din id-data tinsab imniżżla fuq iċ-ċertifikat diġitali tal-persuna li tkun ħadet it-tilqima. 

L-ibbukkjar kollu għat-tilqim, inkluż dak għat-tfal mill-15 ta’ Diċembru ‘l quddiem, jista’ jsir permezz tal-vaccine clinic finder

Tista’ żżomm ruħek aġġornat dwar ir-restrizzjonijiet preżenti fl-istat tiegħek permezz tar-restriction checker.

Biex taqbad ma’ interpretu bil-lingwa tiegħek dwar informazzjoni fuq il-COVID-19 permezz tal-Australian Translating and Interpreting Services (ATIS), ċempel 1800 131 450.

Għal aktar informazzjoni dwar it-tilqim tal-COVID-19 u biex tibbukkja, ċempel in- National Coronavirus Helpline fuq 1800 020 080.

Għal aktar informazzjoni dwar il-COVID-19, huwa rrakomandat li tikkuntattja lit-tabib tiegħek jew lill-professjonisti tas-saħħa.

Waqt li l-pariri dwar it-tilqim ikomplu jiżviluppaw, żomm ruħek infurmat dwar l-aħħar żviluppi billi żżur l-SBS Coronavirus Portal biex taqra l-informazzjoni bil-lingwa tiegħek.


Share

Published

Updated

By Vrishali Jain

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
Dak kollu li għandek tkun taf dwar it-tilqim tal-COVID-19 u tilqima bħal booster | SBS Maltese