Feature

Il-Miżuri tal-COVID-19 fl-istati u t-territorji tal-Awstralja

Ir-restrizzjonijiet tal-coronavirus madwar l-Awstralja jvarjaw skont fejn toqgħod waqt li Stati u Territorji jagħmlu bidliet skont il-bżonnijiet tagħhom u dak li jkun iħassibhom.

Covid-19

Source: Getty Images

SBS COVID-19 Informazzjoni nazzjonali, IKKLIKKJA HAWNHEKK

L-aħħar aġġornament ta’ din l-informazzjoni kien fis- 07/12/2020. Għall-aħħar aġġornamenti dwar COVID-19 bil-lingwa tiegħek żur:https://www.sbs.com.au/news/topic/coronavirus-covid-19


Victoria

Ġemgħat ta’ Nies Flimkien

  • Meta tħalli darek – m’hemmx restrizzjonijiet.
  • Ġemgħat ta’ nies fil-pubbliku – sa 100 persuna barra.
  • Viżitaturi fid-dar – sa 30-il viżitatur kuljum, jistgħu jkunu minn familji fi djar differenti (trabi taħt l-età ta’ sena m’humiex magħduda).
  • Ċelebrazzjonijiet tal-Milied: Sa 30 viżitatur ikunu permessi fi djar kuljum (trabi taħt l-età ta’ sena m’humiex magħduda).
  • Sptarijiet u faċilitajiet ta’ kura: l-ebda restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ viżitaturi jew fuq it-tul tal-viżti. Japplikaw ir-regoli ssettjati għall-viżitaturi tal-isptarijiet u l-faċilitajiet ta’ kura.
  • Tiġijiet, funeral, ġemgħat reliġjużi: il-limiti tneħħew bl-attendenza minflok suġġetta għal persuna kull żewġ metri kwadri.
Xogħol

  • Jekk tista’ taħdem mid-dar, għandek tkompli tagħmel hekk. Dan huwa importanti biex tgħin fil-limitu tan-numru tan-nies jitħalltu flimkien – u biex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus (COVID-19). 
  • Ir-ritorn gradwali fuq il-post tax-xogħol b’25 fil-mija tal-istaff u limitu ta’ densità ta’ persuna waħda kull 4 metri kwadri japplika.
  • Fil-Victoria, m’għadux obbligatorju li tilbes maskra fl-uffiċċji jew fil-ħwienet tal-kafè.
  • Il-maskri għadhom iridu jinġarru dejjem u jintlibsu fuq it-trasport pubbliku, fuq vetturi ma’ oħrajn, f’ċentri ta’ shopping centres u f’postijiet iffullati. 
  • Jekk ma tistax taħdem mid-dar, tista’ tmur għax-xogħol. Meta tkun ix-xogħol tista’ żżomm ruħek salv billi: 
- taħsel idejk regolarment

- tisgħol u tagħtas f’tissue jew f’minkbejk

- iżżomm distanza tal-anqas 1.5 metri minn oħrajn

In-negozji kollha għandu jkollhom COVIDSafe Plan, inklużi n-negozji li joperaw mid-dar (iġifieri parrukkiera li jaħdmu mid-dar).

Skejjel 

  • L-istudenti kollha tal-iskejjel fil-Victoria reġgħu lura għat-tagħlim fl-iskejjel. 
  • Studenti Universitarji tat-TAFE u tal-edukazzjoni adulta jistgħu jerggħu lura għat-tagħlim fuq il-post. 
Ivvjaġġar u Transport

Il-maskri għandhom jinġarru l-ħin kollu u jintlibsu fuq it-trasport pubbliku, fuq vetturi ma’ oħrajn, tipprattika iġjene tajba u ma tivvjaġġax jekk tħossok ma tiflaħx.

  • M’hemmx restrizzjonijiet għal raġunijiet biex tħalli darek jew id-distanza li tista’ tivvjaġġa.
  • Tista’ tmur vaganza fejn trid fil-Victoria.
  • Tista’ tibbukkja akkomodazzjoni ma’ dawk li tgħix magħhom, is-sieħeb/sieħba intimu/intima tiegħek, u sa żewġt iħbieb jew membri tal-familja (u d-dipendenti tagħhom) li ma jgħixux miegħek.
  • M’hemmx limitu għar-raġunijiet tal-ivvjaġġar bejn Melbourne metropolitana u Victoria reġjonali.
  • Titjiriet ta’ passiġġieri internazzjonali issa huma rikomandati. 
Negozju u rekreazzjoni

  • Ħwienet tal-kafè, restoranti u bars: m’hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar in-numru ta’ klijenti, imma l-postijiet għandhom josservaw ir-regola ta’ persuna waħda kull żewg metri kwadri. Klijenti m’għandhomx għalfejn ikunu bilqiegħda għas-servizz.
  • Sports u pools ta’ barra: m’hemmx limitu dwar in-numru ta’ nies. Tapplika r-regola taż-2 metri kwadri.
  • Gyms: in-numru ta’ nies permessi jiddependi skont id-daqs tal-post. Ir-regola tal-4 metri kwadri tapplika meta fil-gym ikun hemm l-istaff. Persuna waħda kull 8 metri kwadri tapplika meta ma jkunx hemm staff fil-gym.
Multi

  • Japplikaw multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi.  
  • Dawk f’Victoria li jonqsu li jiżolaw lilhom infushom wara li jkunu ttestjati pożittivament  jew li jkunu identifikati bħala kuntatt mill-qrib jistghu ikollhom iħallsu multa.

New South Wales

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • Sa 50 persuna jistgħu jżuru residenza sakemm spazju barra jkun utilizzat. Madankollu mhux irrakomandat li jinġabru aktar minn 30 persuna, jekk ir-residenza ma jkollhiex erja barra.
  • Mis-7 ta’ Diċembru sa 100 persuna jistgħu jinġabru barra.
  • Tiġijiet, funeral u servizzi reliġjużi: (mis-7 ta’ Diċembru) il-limiti ta’ kapaċità massima twarrbu skont ir-regola taż-2 metri kwadri.
Xogħol

  • Mit-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2020  l-ordni tas-saħħa pubblika li titlob lil min iħaddem biex jippermettu ħaddiema jaħdmu mid-dar (fejn ikun prattiku u xieraq li jsir dan) ma tapplikax aktar.
  • Waqt li l-ħaddiema jerġgħu lura għax-xogħol mill-uffiċċju, postijiet tax-xogħol huma inkoraġġiti li jkollhom Pjanijiet ta’ Sigurtà COVID-19 Safety Plans.
  • Dawk li jħaddmu huma nkoraġġiti li jkollhom ħinijiet differenti meta jibdew u jispiċċaw ix-xogħol il-ħaddiema tagħhom biex inaqqsu l-impatt fuq it-trasport pubbliku. Dawk li jużaw it-trasport pubbliku huma nkoraġġiti bil-qawwa biex jilbsu maskra. 
  • Ħaddiema għandhom joqogħdu d-dar jekk iħossuhom ma jifilħux, u jkunu ttestjati għal Covid-19 jekk ikollhom xi sintomi.
Skejjel

  • Kull student/a bis-sintomi tal-COVID-19 m'humiex permessi li jerġgħu lura l-iskola qabel ikunu ttestjati negattivi.
  • Formals tal-iskola, dances, ċerimonji ta’ gradwazzjoni u avvenimenti soċjali oħra m’humiex permessi.
  • Aktar dwar l-Edukazzjoni fi NSW: https://education.nsw.gov.au/covid-19/advice-for-families#School2 
Ivvjaġġar u Trasport 

  • Dawk li jivvjaġġaw minn stat ieħor jistgħu jżuru NSW għal vaganza imma jridu jimxi mar-regoli tal-istat tagħhom meta jerġgħu lura.
  • Caravan parks u postijiet tal-ikkampjar huma miftuħa. Dawk li beħsiebhom jivvjaġġaw u jżuru parks nazzjonali għandhom jiċċekkjaw: www.nationalparks.nsw.gov.au għal aktar informazzjoni.
  • Żjajjar f’faċilitajiet ta’ kura tal-anzjani residenzjali jew servizz tas-saħħa huma restritti.
Negozji u Rekreazzjoni

  • Għal xi tipi ta’ negozji u organizzazzjonijiet, huwa obbligatorju li jirreġistraw bħala COVID Safe skont l-Ordnijiet tas-Saħħa Pubblika. Aktar informazzjoni: https://www.nsw.gov.au/covid-19/covid-safe
  • Gyms u nightclubs: persuna waħda kull 4 metri kwadri, b’massimu ta’ 50 persuna permessi fi klassijiet tal-gym jew waqt iż-żfin fin-nightclubs
  • Stadjums u teatri: (barra) 100% tal-kapaċità bilqiegħda, u persuna waħda kull 2 metri kwadri għal erjas fejn in-nies joqogħdu bilqiegħda mingħajr ordni. Ġewwa: 75% tal-kapaċità bilqiegħda.
  • Postijiet żgħar ta’ ospitalità (b’kobor sa 200 metru kwadru) jista’ jkollhom persuna waħda kull 2 metri kwadri ġewwa.
  • Attivitajiet sportivi komunitarji permessi, inklużi sessjonijiet ta’ taħriġ u attivitajiet ta’ kuntatt.
Operaturi tan-negozji u l-avvenimenti għandu jkollhom COVID-19 Safety Plan u jżommu record tan-nies kollha li jidħlu fil-post: https://www.nsw.gov.au/covid-19/covid-safe-businesses

Multi

  • Japplikaw multi fejn ikun hemm restrizzjonijiet, per eżempju ta’ ġemgħat ta’ nies kontra l-liġi.
Ksur ta’ ordnijiet li jsiru skont l-Att tas-Saħħa Pubblika tal-2010 huma offiża kriminali u japplikaw multi ħarxa.

Queensland

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • 50 persuna huma permessi li jinġabru fi djar u 100 persuna fi spazji pubbliċi fi Queensland.
  • Ċerimonji ta’ tiġijiet: Sa 200 persuna jistgħu jattendu tieġ u l-mistednin kollha jistgħu jiżfnu (kemm ġewwa u anke barra).
  • Funerali: Sa 200 persuna jistgħu jattendu funeral.
  • Kura residenzjali: Tista’ żżur lill-għeżież tiegħek li jkunu qegħdin jirċievu kura residenzjali f'servizz tas-saħħa mentali jew f’servizz ta' drogi u alkoħol.
  • Żjajjar fl-isptarijiet: In-numru ta’ viżitaturi huwa determinat skont ir-regoli tal-viżti normali f’kull sptar.
Xogħol

In-negozji għandhom:

  • Jissapportjaw ix-xogħol mid-dar
  • Jibagħtu d-dar lil dawk li ma jkunux jifilħu
  • Jippermettu persuna 1 kull 2 metri kwadri
  • Ipoġġu sinjali li jidhru biex jinkoraġġixxu li tinżamm id-distanza
  • Joperaw skont struttura essenjali ta’  COVID Safe
  • Inaddfu l-uċuħ tal-affarijiet kollha ta’ sikwit u tajjeb
  • Jipprovdu sanitiżer
Il-ħaddiema għandhom

  • Joqogħdu d-dar jekk iħossuhom ma jifilħux
  • Ikunu ttestjati jekk ikollhom sintomi tal-COVID-19
  • Iżommu 1.5 metri ‘l bogħod minn oħrajn
  • Inaddfu jdejhom ta’ sikwit bis-sapun jew bis-sanitiżer
  • Jgħattu ħalqhom meta jisogħlu jew jgħattsu
Skejjel

  • Jekk tifel jew tifla jkun ikkunsidrat/a bħala marid/a minn prinċipal, għalliem/a jew membru tal-istaff, għandhom jikkuntattjaw lill-ġenituri jew lil min jieħu ħsieb it-tfal u jitolbuhom biex imorru u jieħdu t-tifel/tifla d-dar
  • Il-ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tifel/tifla għandhom imorru għat-tifel/tifla malajr kemm jista’ jkun
  • It-tifel jew tifla ma jistax jerġa’ lura l-iskola qabel jgħaddi l-perjodu ta’ periklu li jxerred il-virus jew meta ma jkollux sinjal ta’ mard.
Ivvjaġġar u Trasport

  • Mill-1 ta’ Diċembru 2020 kull m’għandek tagħmel huwa li timla Queensland Border Declaration Pass (Pass ta’ Dikjarazzjoni biex tidħol fil-fruntiera ta’ Queensland) jekk, fl-aħħar 14-il ġurnata kont f’hotspot (post perikoluż bl-imxija tal-virus) jew barra l-Awstralja u ma tkunx inżilt bl-ajruplan fi Qeensland meta wasalt l-Awstralja.
  • Kull min ikun fi kwarantina mandatorja skont ir-regoli tal-gvern – li se jidħol minn New south Wales jew Victoria – jista’ jħalli l-kwarantina jekk ikollu test negattiv tal-COVID-19, u jkun ipprovda id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu u l-indirizz fi Queensland.
  • Għandek tinżel bl-aruplan fi Queensland jekk tkun permess li tidħol minn hotspot (post perikoluż bl-imxija tal-virus). Għandek tingħata eżenzjoni biex tidħol mit-triq minn hotspot, sakemm ma tkunx sewwieq ta’ trakk, ħaddiem b’konnessjoni mat-trasport tal-ġarr u loġistika jew tkun qed tagħmel attivitajiet essenzjali magħżula.
Aktar informazzjoni:

Negozji u rekreazzjoni

  • F’postijiet ġewwaPersuna waħda kull 2 metri kwadri (per eżempju restoranti, ħwienet tal-kafè, pubs, klabbijiet, mużewijiet, galleriji tal-arti, postijiet ta’ qima u talb, ċentri ta’ konvenzjonijiet u d-Dar tal-Parlament) Erjas tal-logħob ġewwa fil-post jistgħu jiftħu.
  • Avvenimenti ġewwa: kapaċità ta’ 100% f’postijiet bilqiegħda, bil-biljett b’dawk li jattendtu jilbsu maskra mad-dħul u l-ħruġ (per eżempju teatri, mużika lajv, ċinemas u sports ta’ ġewwa). Dawk li jieħdu sehem fil-wirjiet jistgħu jżommu distanza mill-udjenza ta’ 2m, minbarra fil-każ tal-korijiet li jibqgħu 4m bogħod mill-udjenza.
  • Avvenimenti ta’ barra: 1500 permessi f’avvenimenti ta’ barra skont il-Lista tal-Iċċekkjar tal-Avvemint ta’ COVID Safe.
  • Stadjums fil-miftuħ: 100% tal-kapaċità bilqiegħda (skont COVID Safe Plan).
  • Żfin barra: Żfin barra permess (per eżempju festivals ta’ mużika barra, beer gardens).
Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-l-l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.
South Australia

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • Persuna waħda kull 4 metri kwadri f’post ġewwa.
  • Persuna waħda kull 2 metri kwadri f’post barra.
  • Funzjonijiet privati (inklużi tiġijiet u funerali):
Massimu ta’ 150 persuna, persuna waħda kull 2 metri kwadri

Xogħol

  • Waqt li kien hemm tnaqqis ta’ xi restrizzjonijiet, għadu rikomandat bil-qawwa li n-nies jaħdmu mid-dar fejn hu possibbli.
  • Il-flessibilità kontinwa fuq il-post tax-xogħol f’dan iż-żmien tissapportja r-rispons kurrenti tal-Covid-19 f’South Australia. Tgħin ukoll biex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fil-każ ta’ imxija.
Skejjel

L-Iskejjel f’South Australia huma miftuħa. Fil-każ ta’ imxija f’xi skola żur: https://www.education.sa.gov.au/supporting-students/health-e-safety-and-wellbeing/covid-19-coronavirus

Ivvaġġar u Trasport

  • Jekk ikollok bżonn tivvjaġġa jew tuża t-trasport pubbliku, għandek tieħu kemm jista’ jkun possibbli rotta diretta u prattika.
  • L-ivvjaġġar fil-biċċa l-kbira ta’ South Australia huwa bla restrizzjoni.
  • Dawk kollha li jaslu minn barra l-Awstralja u li jidħlu f’South Australia għandhom jitpoġġew f’lukanda approvata skont il-ħtiġijiet tas-Saħħa f’SA biex jagħmlu kwarantina mandatorja ta’ 14-il ġurnata.
Negozji u rekreazzjoni

  • In-numru totali ta’ nies f’post m’għandux jaqbeż persuna waħda kull 2 metri kwadri.
  • Ikel u xorb li jkunu servuti għall-konsum f’postijiet (inklużi pubs, ħwienet tal-kafè, klabbijiet, restoranti, fejn jinbiegħ u jsir l-inbid, eċċ) għandu jkun ikkunsmat waqt li kulħadd ikun bilqiegħda meta jsir ġewwa, il-konsum bilwieqfa huwa permess.
  • Nies li joffru servizzi ta’ kura personali għandhom jilbsu tagħmir protettiv personali xieraq meta jkunu jipprovdu kura personali
  • F’kull ċinema, teatru jew post ieħor ġewwa fejn l-attività tinkludi li toqgħod bilqiegħda fuq siġġijiet fissi m’għandux ikun hemm aktar minn 50% tal-kapaċita standard tan-numru ta’ nies.
Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.

Western Australia

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • M’hemmx limitu tan-numru ta’ mistednin fi djar sakemm ma jkunx hemm aktar minn persuna waħda kull 2 metri kwadri.
  • M’hemmx limitu fuq in-numru ta’ ġemgħat ta’ nies fil-pubbliku sakemm ikun hemm tal-anqas 2 metri kwadri ta’ spazju kull persuna.
  • Ir-regola ta’ 2 metri kwadri ma tapplikax għal wirjiet bilqiegħda skont il-biljett f’postijiet magħżula u f’postijiet ta’ qima.  
  • Aċċess restritt għal komunitajiet Aboriġini remoti
  • Aċċess restritt għal faċilitajiet ta’ kura tal-anzjani residenzjali.
Xogħol

  • In-nies f’Western Australia huma nkoraġġiti biex jerġgħu lura għax-xogħol, sakemm ma jħossuhomx ma jifilħux jew vulnerabbli. Jekk inti mħasseb/imħassba dwar li terġa’ lura għax-xogħol, għandek tikkuntattja lil min iħaddmek.
Fuq il-post tax-xogħol

  • Ipprattika ndafa tajba u żomm id-distanza fiżika.
  • Tieħux bl-idejn.
  • Naddaf u ddiżinfetta l-uċuħ tal-affarijiet li jintużaw ta’ sikwit b’mod regulari.
  • Kul l-ikel ta’ nofsinhar fuq id-desk tiegħek jew barra, minflok fil-lunch-room.
  • Illimita li tmiss u taqsam l-ikel fuq il-post tax-xogħol.
Skejjel

  • L-attendenza fl-iskejjel hija ta’ bilfors għall-istudenti kollha, minbarra dawk li jkunu medikament vulnerabbli jew li jkollhom membri tal-familja medikament vulnerabbli.
  • Ġenituri/dawk li jindukraw it-tfal jistgħu jidħlu fil-ground tal-iskola biex jieħdu tfal l-iskola jew jeħduhom lura.
Ivvjaġġar u Trasport

  • WA qalbet għal arranġament ta’ fruntiera kkontrollata b’mod salv u sensibbli skont l-aħħar pariri tas-saħħa pubblika
  • L-arranġament tal-kontroll tal-fruntiera ta’ WA ma’ stati oħra jiddependi fuq kull stat u territorju fl-Awstralja li jkollhom rekord medju f’14-il ġurnata ta’ anqas minn ħames każi komunitrji ta’ COVID-19 kuljum.
  • L-ivvjaġġar huwa permess f’Western Australia, inkluż ir-reġjun tal-Kimberley. L-aċċess f’komunitajiet remoti tal-Aborigini jibqa’ projbit.
  • Kun af aktar dwar l-eżenzjonijiet tal-ivvjaġġar f’WA: https://www.wa.gov.au/government/document-collections/covid-19-coronavirus-state-of-emergency-declarations#travel-and-border-state-wide 
Negozju u Rekreazzjoni

  • M’hemmx limitu fuq in-numru ta’ persuni permessi fil-post, madankollu, ir-regoli ta’ 2 metri kwadri u d-distanza soċjali tapplika. Dan ifisser li n-numru massimu ta’ nies permessi huwa bbażat fuq id-daqs tal-post.  
  • Postijiet kbar ta’ ospitalità li jistgħu jesgħu aktar minn 500 persuna għandhom jinkludu l-istaff fin-numru ta’ nies fil-post.
  • Is-sular tal-logħob tal-casino reġa’ fetaħ skont restrizzjonijiet temporanji li kien hemm qbil dwarhom.
  • M’hemmx ħtieġa li jinżamm reġistru tal-klijenti f’resturanti, ħwienet tal-kafè u bars
  • L-avvenimenti kollha permessi minbarra dawk fuq skala kbira, festivals mużikali fuq aktar minn palk wieħed
  • Optus Stadium, HBF Park u RAC Arena joperaw b’50% tal-kapaċità temporanja
  • Wirjiet mingħajr ma toqgħod bilqiegħda permessi  f’postijiet bħal swali tal-kunċerti, postijiet ta’ mużika lajv, bars, pubs u nightclubs
  • Il-massimu ta’ nies fi spazju ta’ divertiment bilqiegħda huwa 60 fil-mija.
Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.

Tasmanja

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • Ġemgħat ta’ nies flimkien fid-djar: limitati b’sa 40 persuna f’ħin wieħed. Dan ma jinkludix il-membri residenti fid-dar.
  • Tiġijiet, postijiet ta’ talb u qima u postijiet kummerċjali: In-numru ta’ nies ikun determinat skont id-densità tal-erja: massimu ta’ 250 persuna ġewwa u 1000 barra.
  • Żjajjar fl-isptarijiet: Il-viżitaturi huma limitati għal massimu ta’ wieħed/waħda kull pazjent f’ħin wieħed.
Xogħol

In-nies huma nkoraġġiti biex ikomplu jaħdmu mid-dar fejn ikun possibbli, biex jgħinu fil-miżuri tad-distanza soċjali u jillimitaw il-kuntatt bejn in-nies.

Skejjel

  • L-istudenti kollha li jkunu b’saħħithom ikomplu jitgħallmu fl-iskola.
  • Studenti bi problemi tas-saħħa li jistgħu jpoġġuhom f’riskju aktar għoli ta’ mard moderat għal sever kaġun tal-COVID-19 ikunu appoġġjati biex ikomplu jitgħallmu mid-dar fejn ikun possibbli. Biex tagħmel arranġament għal dan, tkellem mal-iskola dwar x’sapport jistgħu jipprovdu. 
Ivvjaġġar u Trasport

  • Tista’ tivvjaġġa u toqgħod kullimkien fit-Tasmanja, imma trid timxi mar-restrizzjonijiet tal-ġemgħat ta’ nies flimkien u żjajjar fid-djar.
  • Vjaġġaturi għat-Tasmanja għandhom jipprovdu d-dettalji tal-kuntatt u tal-ivvjaġġar tagħhom qabel jidħlu fl-istat, biex ikunu ta’ għajnuna fl-immaniġġjar tar-riskju tal-COVID-19 tal-fruntieri tat-Tasmanja.
  • L-inħawi fejn il-vjaġġaturi jkunu għaddew iż-żmien  qabel jaslu t-Tasmanja jiddetermina l-kundizzjonijiet tad-dħul tagħhom fl-Istat.
  • Hemm miżata ta’ kwarantina għal dawk in-nies li jkunu meħtieġa li jagħmlu kwarantina f’akkomodazzjoni speċifikata mill-gvern (japplikaw eżenzjonijiet). 
Negozju u Rekreazzjoni

  • In-negozji u l-postijiet tax-xogħol kollha issa huma permessi li joperaw, imma għadhom jimplimentaw miżuri biex jissodisfaw il-minimu ta’ standards ta’ sigurtà tal-COVID-19 u jżommu rekord ta’ dan fi pjan ta’ Sigurtà ta’ COVID-19.
  • Il-limitu massimu ta’ densità huwa persuna waħda kull 2 metri kwadri
  • Gyms issa huma miftuħa, bi pjaninijiet ta’ COVID-Safe li jikkonċentraw fuq id-densità, distanza fiżika, ittrejsjar ta’ kuntatt, tindif u iġenje.
Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.
Aktar informazzjoni: https://coronavirus.tas.gov.au/

Northern Territory

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • M’hemmx limiti ta’ nies miġbura flimkien ġewwa jew barra fin-NT imma n-nies huma mitluba li jimxu skont ir-regola tad-distanza soċjali ta’ 1.5 metri.
  • Tiġijiet u funeral huma permessi
  • Ġemgħat ta’ aktar minn 100 persuna jkunu jeħtieġu t-tkomplija tal-lista ta’ ċċekkjar tal-Covid-19.
Aktar informazzjoni: https://coronavirus.nt.gov.au/business-and-work/business/guidelines-for-events-and-gatherings

Xogħol

Skont id-Direzzjonijiet taċ-CHO, negozju, organizzazzjoni jew grupp komunitarju għandu:

  • Ikollu Pjan ta’ Sigurtà ta’ COVID-19, li jimxu miegħu u li jkun rivedut kull sitt xhur.
  • Jagħmel disponibbli sanitiżer tal-idejn lil klijenti, sakemm ma jkunx hemm faċilitijiet ta’ ħasil tal-idejn.
  • Jagħmel sinjali f’erjas li jkunu miftuħa għall-pubbliku u aċċessibbli għall-impjegati li jindikaw li persuna għandha tikkunsidra dan il-ġej: 
-Iżżomm distanza fiżika ta’ 1.5 metri

-Iżżomm kuntatt mill-qrib ta’ anqas minn 15-il minuta jekk mhux possibbli li żżomm distanza ta’ 1.5 metri

-Tipprattika iġjene tal-idejn billi taħsel idejha jew tuża sanitiżer tal-idejn

-Toqgħod id-dar jekk ma tħosshiex tiflaħ u tkun ittestjata għall-virus.

Skejjel

L-istudenti kollhafin-Northern Territory huma mistennija li fiżikamnt jattendu l-iskola.

Ivvjaġġar u Trasport

  • Dawk li jaslu fit-Territorju minn barra huma diretti li jagħmlu kwarantina taħt superviżjoni bilfors fil-faċilità ta’ kwarantina f’Howard Springs.  
Dawk li jaslu minn stat ieħor fin-NT:

Negozju u Rekreazzjoni

  • Eżerċizzju, ġemgħat miġbura barra, għawm, sajd u l-użu tad-dgħajjes permess
  • Parks tal-iskating, pools, playgrounds u gyms ta’ barra huma permessi li jiftħu.
  • Ħwienet tal-kafè, restoranti, bars, taħriġ sportiv, swieq ġewwa, gyms, libreriji, galleriji u mużewijiet u kull negozju ieħor huma miftuħa.
  • Kompetizzjonijiet b’attendenza mill-komunità u sportivi bl-ispettaturi f’konfigurazzjoni ta’ siġġijiet approvati. Jekk ikun hemm aktar minn 500 persuna l-avveniment ikun jeħtieġ pjan separat approvat ta’ COVID-19 Safety Plan.
Aktar informazzjoni: https://coronavirus.nt.gov.au/business-and-work/business/guidelines-for-events-and-gatherings

Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.
Aktar informazzjoni: https://coronavirus.nt.gov.au

Australian Capital Territory

Ġemgħat ta’ nies flimkien

  • Fid-Djar:M’hemmx limitu dwar żjajjar.
  •  Tiġijiet u funerali: Sa 500 mistieden jistgħu jattendu għal tiġijiet jew funerali, sakemm ma jkunx hemm aktar minn persuna waħda kull 4 metri kwadri.
  • Postijiet ta’ talb qima: Massimu ta’ 25 persuna, eklużi l-istaff u dawk li jmexxu s-servizz, ffil-post kollu.
  • Kura tal-anzjani: nies jistgħu jżuru lill-membri tal-familja jew ħbieb f’faċilità tal-kura tal-anzjani għall-iskopijiet li jipprovu kura u sappoort. M’hemmx limiti fuq in-numru ta’ sigħat li wieħed jgħaddi mal-qraba jew ħbieb.
  • Ġemgħat ta’ nies fil-pubbliku: kollha permessi sa 100 persuna (persuna waħda kull 4 metri kwadi ġewwa u persuna waħda kull 2 metri kwadri fi spazju barra), inkluż funerali.
Xogħol

  • Lura għax-xogħol fejn jaqbel għal min iħaddem u l-ħaddiema, skont Covid Safe Plan.
  • Ibqa’ d-dar jekk tħossok ma tiflaħx u ttestja għal-virus jekk ikollok sintomi tal-COVID-19.
Skejjel

  • L-iskejjel fl-ACT huma miftuħa. Il-biċċa l-kbira tal-istudenti u l-għalliema reġgħu lura għat-tagħlim mill-iskola.
  • Studenti u għalliema b’kundizzjonijiet ta’ saħħa kronika jew b’sistemi immunitarji kompromessi jistgħu jaħdmu jew jistudjaw mid-dar.
  • Jekk it-tifel/tifla tiegħek ma jkunx/tkunx jiflaħ/tiflaħ, tibgħathomx l-iskola.
Ivvjaġġar u Trasport

  • Il-każijiet tal-COVID-19 jistgħu jinfirxu malajr u m’hemmx mod faċli biex ikunu mbassra.
  • Sakemm l-ivvjaġġar ma jkunx restritt, il-Qasam tas-Saħħa fl-ACT ma jiddikjarax erjas sikuri jew ta’ periklu għall-ivvjaġġar.
  • Nies minn inħawi affettwati bil-COVID huma mħeġġa biex jikkunsidaw mill-ġdid l-ivvjaġġar tagħhom lejn l-ACT.
  • Tużax transport pubbliku jekk tħossok ma tiflaħx jew tkun fi kwarantina jew f’iżolazzjoni.
  • Jekk ikollok bżonn tivvjaġġa lura fejn toqgħod għall-kwarantina, jekk jogħġbok uża mod ta’ transport personali jekk ikun disponibbli.
Negozju u Rekreazzjoni

  • Il-gyms, restoranti, ħwienet tal-kafè u bars f’Canberra jistgħu jakkomodaw 25 persuna.  
  • Jekk in-negozji u postijiet pubbliċi jkunu jridu aktar minn 25 persuna, jistgħu jużaw l-ispazju ta’ persuna waħda kull 2 metri kwadri tal-ispazju li jista’ jintuża ġewwa jew barra, sakemm jużaw iċ-Check In CBR app.
  • Negozji u postijiet li ma jużawx iċ-Check In CBR app jistgħu jkomplu jakkomodaw persuna waħda kull 4 metri kwadri tal-ispazju li jista’ jintuża fi spazji ġewwa u persuna waħda kull 2 metri kwadri fi spazji barra.  
  •  Il-klijenti jridu jkunu bilqiegħda  waqt li jkunu jikkunsmaw l-alkoħol fi spazji barra.
  • Ċinemas u teatri tal-films, sa 500 persuna jekk juzaw ic-Check Inn CBR app.
  • Postijiet kbar ġewwa – f’avvenimenti bil-biljett u bilqiegħda sa 65% tal-kapaċità, b’massimu ta’ 1,500 persuna.
  • Postijiet barra fil-magħluq b’siġġijiet  flimkien permanenti – avvenimenti bil-biljett u bilqiegħda b’sa 65% tal-kapaċità, b’massimu ta’ 1,500 persuna.
  • GIO Stadium u Manuka Oval – b’sa 65% tal-kapaċità bilqiegħda.
Multi

  • Hemm multi meta jkun hemm restrizzjonijiet, per eżempju għal ġemgħat ta’ nies flimkien kontra l-liġi jew li ma tintlibisx maskra meta suppost tintlibes bilfors.
Aktar informazzjoni: https://www.covid19.act.gov.au


 

 

 


Share

Published

Updated

By SBS/ALC Content
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand