COVID-19: Kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jagħmlu l-coronavirus aktar perikoluż

Dawn huma xi wħud mill-kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jkunu affettwati aktar qawwi mill-Covid-19, minħabba sistema ta’ immunità kompromessa, jew tessuti ta’ organi dgħajfa.

Asthma medication

Asthma medication Source: Getty ImagesRgStudio

Numru divers ta’ nies, b’kundizzjonijiet tas-saħħa li jkollhom minn qabel, jinsabu f’riskju aktar għoli jekk ikunu nfettati bil-COVID-19, inklużi dawk b’mard tal-qalb, dijabete, pressjoni għolja tad-demm u ażżma. Il-virus jattakka t-tessuti tal-pulmun u jżid l-infjammazzjoni interna, minħabba l-mod kif is-sistema immunitarja tirrejaġixxi għall-virus.

Madwar id-dinja, aktar minn 70 fil-mija tal-pazjenti tal-COVID-19 li kellhom bżonn kura intensiva, kellhom kundizzjoni oħra tas-saħħa qabel.

Dan l-artiklu jagħti dettalji ta’ xi wħud mill-aktar kundizzjonijiet tas-saħħa delikati għall-COVID-19 jew, għax jinvolvu xi livell ta’ dgħjufija ta’ tessuti rotob tal-organi u/jew sistema immunitarja kompromessa.

L-aktar kundizzjonijiet tas-saħħa li jkollha persuna li huma kritiċi għall-COVID-19 huma: mard kroniku tal-pulmun, ażżma, mard tal-qalb, dijabete, kundizzjonijiet tal-fwied u l-kliewi, u t-trattamenti u l-medikazzjonijiet kollha li jdgħajfu s-sistema immunitarja, bħal kanċer jew trattamenti wara trapjant.

Ażżma

L-Ażżma hija kundizzjoni respiratorja kkaġunata minn ħajpersensittività u fjammazzjoni tal-passaġġi tal-arja, b’sintomi ta’ sogħla, nifs b’tisfira, issikkar fis-sider u qtugħ tan-nifs. Bħalissa huwa kkalkulat li taffettwa 11% tan-nies mal-Awstralja kollha. Awstraljani Indiġeni aktar jidher li jirrappurtaw li jkollhom l-ażżma minn Awstraljani mhux Indiġeni. “Attakk” tal-ażżma jista’ jseħħ minn kull ħaġa li tirrita l-passaġġi tal-arja. Nies li jsofru mill-ażżma għandhom jieħdu prekawzjonijiet aktar billi l-COVID-19 tattakka wkoll l-passaġġi tal-arja.

 Aktar informazzjoni dwar l-ażżma (bl-Ingliż) hawnhekk here 

Kundizzjonijiet Oħra tal-Pulmun

L-aktar kundizzjonijiet komuni tal-pulmun minbarra l-ażżma fl-Awstralja huma: asbestosis, bronchiectasis, cystic fibrosis, emphysema, kanċer tal-pulmun, pleural effusion, pleurisy,  silicosis respiratorja and tuberkulosi. Aktar informazzjoni dwar mard tal-pulmun (bl-Ingliż) tinsab hawnhekk here

Mard tal-Qalb

Riċerka globali turi li dawk b’mard tal-qalb huma f’riskju aktar għoli li jmutu minn COVID-19 mill-popolazzjoni medja, mhux għaliex jinsabu f’riskju aktar għoli li jittieħdu mill-marda, imma għaliex ikollhom riskju aktar għoli li l-marda taffettwahom serjament. COVID-19 tikkaġuna infjammazzjoni akuta tal-muskolu tal-qalb, li jwassal għall-ħsara fil-qalb u jikkaġuna bla mistenni attakk tal-qalb.

Stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa huwa vitali: li tagħmel eżerċizzju, tagħmel dieta bbilanċjata, li tikkonsma fluwidu biżżejjed u li torqod biżżejjed. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrakomanda 150 minuta ta’ attività fiżika bejn moderata u intensa jew 75 minuta ta’ attività fiżika bejn qawwija u intensa kull ġimgħa, jew taħlita tat-tnejn.

Aktar informazzjoi dwar mard kardjuvaskulari (bl-Ingliż) hawnhekk here

Dijabete

Dawk bid-dijabete jistgħu jiffaċċjaw sfidi tas-saħħa addizzjonali. Diabetes Australia tirrakomanda li tittieħed it-tilqima kontra l-influwenza, ikollok pjan ta’ immaniġġjar tal-mard f’każ ta’ mard u li timmaniġġja l-livelli taz-zokkor fid-demm. Nies bid-dijabete huma f’riskju aktar għoli ta’ kumplikazzjonijiet severi mill-influwenza u aktar jistgħu jiżviluppaw mard respiratorju serju min-nies li ma jkollhomx id-dijabete. Id-dijabete tikkaġuna nuqqas ta’ rispons immunitarju għal infezzjonijiet minn viurs u l-potenzjal ta’ infezzjoni sekondarja fil-pulmuni. Ħafna pazjenti bid-dijabete tat-2 tip għandhom ħxuna żejda u l-obeżità hija wkoll fattur ta’ riskju għal infezzjoni severa.  

Aktar informazzjoni dwar id-dijabete u COVID-19 (bl-Ingliż) hawnhekk here

Kundizzjonjiet tal-fwied

Nies li jgħixu bl-epetite B jew C, jew b’kull kundizzjoni oħra tal-fwied għandhom jużaw l-istess miżuri protettivi rrakomandati għall-popolazzjoni ġenerali. Oqgħod attent/a u segwi l-miżuri rrakomandati biex tipproteġi lilek innifsek kontra COVID-19. Dawk b’mard sinifikanti tal-fwied huma rrakomandati li jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza u l-marda pnewmokokkali.

  • Aktar informazzjoni dwar l-epetite u COVID-19 (bl-Ingliż) hawnhekk here
  • Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u epetite B kronika hawnhekk here
  • Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u epetite C kronika hawnhekk here
Mard tal-kliewi

Dawk b’mard tal-kliewi għandhom ikunu jafu, li bħall-influwenza, jinsabu f’riskju aktar għoli ta’ sintomi severi u kumplikazzjonijiet mill-coronavirus. Covid-19 jista’ jaffettwa l-funzjoni tal-kliewi jekk il-pazjent ma jkunx jiflaħ, ikollu nuqqas ta’ fluwidu jew ikollu infezzjoni sekondarja fuq kollox.

Aktar informazzjoni dwar COVID-19 u mard tal-kliewi (bl-Ingliż) tinsab hawnhekk here

Pjan ta’ Immaniġġjar ta’ Kidney Health Australia (bl-Ingliż) jinsab hawnhekk here

Kura tal-kanċer

Meta persuna tkun affettwata mill-kanċer, is-sistema immunitarja tagħha x’aktarx tkun aktar dgħajfa u l-persuna għandha tkompli ssegwi kull pariri jew prekawzjonijiet speċifiċi rrakomandati mit-tobba tal-kura tas-saħħa tagħhom, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni, waqt u wara l-kura. Huwa kruċjali li toqgħod id-dar kemm jista’ jkun possibbli u li tevita vvjaġġar bla bżonn u t-trasport pubbliku. Is-sistema immunitarja tal-pazjenti tkun simili bħal dawk taħt kura wara trapjant.

Aktar informazzjoni dwar sapport tal-kanċer (bl-Ingliż) hawnhekk here

In-nies fl-Awstralja għandhom joqogħdu tal-anqas 1.5 metri ‘l bogħod minn xulxin. Iċċekkja r-restrizzjonijiet fl-istat tiegħek dwar limiti ta’ nies miġbura flimkien.  

L-ittestjar għall-coronavirus issa jista’ jsir mal-Awstralja kollha. Jekk qed tesperjenza sintomi ta’ riħ jew influwenza, organizza li tagħmel test jew ċempel lit-tabib tiegħek jew ikkuntattja lill-Coronavirus Health Information Hotline fuq 1800 020 080.  

Il-COVIDSafe app li jittrejsja l-coronavirus maħruġ mill-Gvern Federali issa jista’ jitniżżel mill-app store tat-telefown tiegħek.

 L-SBS huwa impenjat li jinforma lill-komunitajiet diversi fl-Awstralja bl-aħħar żviluppi tal-COVID-19. Aħbarijiet u informazzjoni jinkisbu f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus.

 

 


Share

Published

Updated

By SBS Radio, Joe Axiaq
Source: SBS

Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19: Kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jagħmlu l-coronavirus aktar perikoluż | SBS Maltese