- Il-maġġoranza tal-każi ġodda fi NSW huma nies taħt l-40 sena
- Il-Premier ta’ Victoria jitlob li jkun hemm numru akbar ta’ nies li jittestjaw għall-virus
- Sbatax-il każ lokali ġdid irreġistrati fl-ACT
- L-ebda każi ġodda fin-Northern Territory
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 452 każ ġdid lokali. Tal-anqas 50 minn dawn il-każi kienu infettivi fil-komunità. Ħamsa u sebgħin fil-mija tal-każi ġodda kienu nies taħt l-40 sena. Mara li kellha fuq is-sebgħin sena li ma ħaditx it-tilqima mietet.
Residenti ta’ Lennox Head huma mħeġġa biex ikunu ttestjati billi fdalijiet tal-COVID instabu fl-ittestjar tal-ilma tad-dranaġġ
Il-Premier Gladys Berejiklian għamlet appell speċjali lil dawk li għandhom fuq 70 sena biex jitlaqqmu.
Ibbukkja hawnhekk għal appuntament tat-tilqima.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 24 każ lokali ġdid. Tlieta minn dawn il-każi huma marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. Għaxar każi kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.
Il-Premier Daniel Andrews qed jitlob biex ikun hemm aktar nies li jittestjaw għall-virus, partikularment fis-subborgi fl-inħawi ta’ St Kilda, inklużi Port Philip u Bayside.
Hawnhekk issib il-lista ta’ postijiet ta’ ttestjar u lista taċ-ċentri tat-tilqim.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fl-ACT kienu rreġistrati 17-il każ lokali ġdid. Għalhekk in-numru totali ta’ każi attivi f’Canberra huwa 45. Issa hemm madwar mitt post li huma esposti għall-virus fl-ACT.
- Fin-Northern Territory ma kienu rreġistrati l-ebda każi ġodda lokalment mill- 1,846 test li saru l-bieraħ.
- Fi Queensland kien irreġistrat każ lokali wieħed ta’ persuna li kienet fi kwarantina d-dar.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
