COVID-19 – L-aħħar aġġornament: In-numru ta’ każi fi NSW jikber waqt li l-Prim Ministru jikkonferma li l-fruntieri se jiftħu mill-ġdid għada

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-14 ta’ Diċembru 2021.

اسکات موریسون نخست وزیر استرالیا

اسکات موریسون نخست وزیر استرالیا Source: AAPAAP Image/Con Chronis

  • Fi NSW kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ każi f’10 ġimgħat. L-istat mistenni jkompli jnaqqas ir-restrizzjonijiet tal-COVID minn għada 15 ta’ Diċembru.
  • In-numru ta’ każi assoċjati ma’ najtklabb fi Newcastle kiber għal 150. Tal-anqas wieħed mill-każijiet li nstab huwa varjant tal-Omicron. Ir-reġjun tal-Hunter Valley fi NSW irrapporta 28 każ il-bierah. Illum dan tela’ għal 225.
  • Il-Prim Ministru Scott Morrison ħabbar li faċilità tal-produzzjoni tal-vaċċin mRNA se tinbena fil-Victoria.
  • Morrison ikkonferma li l-fruntieri internazzjonali se jiftħu mill-ġdid fil-15 ta’ Diċembru.
  • It-Tasmania mistennija tiftaħ il-fruntieri tagħha, għada, 15 ta’ Diċembru.
  • Western Australia se tiftaħ il-fruntieri tagħha mill-5 ta’ Frar 2022.
  • Fir-Renju Unit kienet irreġistrata l-ewwel mewt ikkonfermata mill-varjant Omicron.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19: 

Fil-Victoria kienu rreġistrati 1,189 każi lokali u sitt imwiet.

Fi NSW kienu rreġistrati 804 każi ġodda fil-komunità u mewt waħda. 

Fl-ACT kienu rreġistrati erba’ każi.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti ċċekkja hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 

 


Share

2 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now