COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Id-definizzjoni tal-bidla fit-tilqim komplut tinkludi tliet dożi

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-11 ta’ Frar.

Federal Health Minister Greg Hunt

Federal Health Minister Greg Hunt Source: AAP

  • Il-Grupp Awstraljan ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim (ATAGI) irrakomanda li jitwarrab il-kliem “tilqima kompluta” u minflok nużaw “tilqima bl-aħħar doża”.
  • Dawk fl-Awstralja li għandhom 16-il sena jeħtieġu booster biex it-tilqima tagħhom tkun meqjusa “bl-aħħar doża”, waqt li tfal taħt is-16-il sena jibqgħu kkunsidrati “b’tilqima bl-aħħar doża” wara ż-żewġ dożi.  
  • Id-definizzjoni aġġornata ta’ tilqima kompluta se tapplika biss għall-policy domestika dwar il-COVID u mhux għall-pjan tal-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri internazzjonali.
  • L-aħħar pariri mill-grupp ta’ konsulenza se jkunu effettivi fl-aħħar ta’ Marzu.
  • Turisti barranin se jkunu meħtieġa biss żewġ dożi tal-vaċċin biex jidħlu fl-Awstralja meta l-fruntieri internazzjonali jerġgħu jiftħu fil-21 ta’ Frar.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li d-dożi tal-booster se jkunu ta’ bilfors għall-ħaddiema tal-kura tal-anzjani mal-pajjiż kollu skont il-pariri ġodda dwar l-vaċċin.
  • Il-Ġimgħa, NSW, Victoria, Queensland u South Australia rreġistraw 48 mewt oħra tal-COVID-19.
  • Il-Ministru tas-Saħħa fi NSW Brad Hazzard u l-uffiċjal ewlieni tas-saħħa,  Dr Kerry Chant se jingħaqdu ma’ ħaddiema oħra għoljin fil-qasam tas-saħħa fi NSW, unions tal-kura tas-saħħa u akkademiċi quddiem il-kumitat ta’ kontabilità tal-parlament il-Ġimgħa.
  • Il-ftuħ mill-ġdid ta’ NSW u l-aħħar sfidi iffaċċjati mill-kura tas-saħħa u s-setturi tas-saħħa se jkunu skrutinizzati.  
  • Restrizzjonijiet f’South Australia se jitnaqqsu matul il-lejl, inklużi l-limitazzjonijiet f’postijiet barra, f’pubs, klabbijiet u restoranti. 
Statistika dwar il-COVID-19:

Fi NSW kienu rrappurtati 1,716 pazjent fl-isptarijiet b’108 minnhom fil-kura intensiva. Kien hemm 19-il mewt oħra, u 8,950 każ ġdid tal-COVID-19. Dan in-numru huwa anqas minn dak tal-Ħamis, 10,130.

Fil-Victoria, 553 persuna jinsabu l-isptar wara li kienu nfettati bil-COVID-19, b’82 jinsabu fl-ICU u 23 fuq il-ventilators. Kien hemm 13-il mewt u 8,521 infezzjoni ġdida.

Fi Queensland kienu rreġistrati 14-il mewt u 5,977 każ ġdid tal-COVID-19 fl-aħħar perjodu ta’ rrappurtar. Hemm 584 persuna l-isptar b’45 fil-kura intensiva.

Fit-Tasmanja kienu rreġistrati 552 każ ġdid. Hemm 16-il persuna l-isptar u persuna waħda fl-ICU.

F’South Australia kienu rrappurtati żewġt imwiet u 1,445 każ ġdid. Hemm 210 persuni fl-isptar, b’16 minnhom fl-ICU.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test

Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
ACT 

Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Id-definizzjoni tal-bidla fit-tilqim komplut tinkludi tliet dożi | SBS Maltese