- Fi NSW jitħabbru aktar restrizzzjonijiet fi nħawi tal-gvern lokali ta’ tħassib
- Tfittxija għal dawk li setgħu kienu f’kuntatt ma’ każ f’Shepparton
- Fl-ACT irreġistrati 12-il każ ġdid
- South Australia tnaqqas ir-restrizzjonijet tal-fruntiera
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 644 każ ġdid lokali. Tal-anqas 41 minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. Erbgħa min-nies li kienu rċivew doża waħda tal-vaċċin mietu.
Regoli ġodda għar-residenti u n-negozji se jibdew japplikaw fi nħawi tal-gvern lokali ta’ tħassib min-12.01am tat-Tnejn 23 ta’ Awwissu, inklużi kerfjus mid-9pm sal-5am u siegħa limitu ta’ eżerċizzju kuljum barra.
Il-lockdown għal Greater Sydney ġie estiż sat-30 ta’ Settembru.
Ibbukkja llum għal appuntament tat-tilqima .
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 57 każ lokali ġdid. Sitta minnhom ma kinux marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. Tletin każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu alert għal każ pożittiv li nstab f’Shepparton reġjoali.
Hawnhekk issib il-lista ta’ postijiet esposti għall-virus u l-lista ta’ ċentri tat-tiqlim.
Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 12-il każ ġdid lokali. Wieħed minnhom qed ikun investigat. In-numru totali ta’ każi attivi f’Canberra huwa 94.
Bħalissa hemm pażjent wieħed li ddaħħal l-isptar minħabba l-Covid-19 u aktar minn 250 post espost għall-virus, inklużi rotot tat-trasport pubbliku, postijiet ta’ xiri ta’ ikel u post fejn jieħdu ħsieb it-tfal.
Iċċekkja biex tara jekk intix eliġibbli għat-tilqima tal-COVID-19.
Fl-aħħar 24 siegħa fl-Awstralja
- NT u Queensland ma rregistraw l-ebda każ ta’ trasmissjoni fil-komunità.
- South Australia neħħiet ir-restrizzjonijiet tal-fruntiera mat-tramuntana u l-inħawi reġjonali ta’ Queensland u mal-biċċa l-kbira tan-Northern Territory.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
