COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Id-definizzjoni ġdida ta’ kuntatt mill-qrib mhix milqugħa minn South Australia

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 31 ta’ Diċembru 2021.

Prime Minister Scott Morrison holds a National Cabinet meeting in Canberra, 30 December

Prime Minister Scott Morrison holds a National Cabinet meeting in Canberra, 30 December. Source: AAP Image/Lukas Coch

  • Il-Gvern Federali neħħa l-bżonn f’każ ikkonfermat ta-COVID-19 biex jittieħed rapid antigen test fis-sitt ġurnata qabel jintemm il-perjodu ta’ iżolazzjoni.
  • Mexxejja statali qablu dwar deninizzjoni ġdida ta’ ‘close contact (kuntatt mill-qrib’ li issa tapplika għal New South Wales, Victoria, l-ACT u  Queensland.
  • It-Tasmanja mistennija li ssegwi d-definizzjoni ġdida mill-1 ta’ Jannar; Western Australia u n-Northern Territory se jħabbru x’se jagħmlu fil-jiem li ġejjin waqt li South Australia ma aċċettatx ir-regoli ġodda.
  • ‘Kuntatt mill-qrib‘ issa huwa defenit bħala xi ħadd li joqgħod – jew li kien f’ambjent ta’ sitwazzjoni fid-dar – ma’ persuna b’każ ikkonfermat għal tal-anqas erba’ sigħat.
  • B’kontradizzjoni mal-aħbar tal-bieraħ, l-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Pubblika f’South Australia, jgħid li kuntatt mill-qrib jinkludi kull min jgħaddi aktar minn 15-il minuta ma’ xi ħadd b’każ pożittiv.
  • Fil-biċċa l-kbira tal-istati persuni b’każi pożittivi tal-COVID-19 u kuntatti mill-qrib għandhom jiżolaw għal sebat ijiem u jagħmlu rapid antigen test fis-sitt ġurnata; f’South Australia l-perjodu ta’ iżolazzjoni jibqa’ ta’ 10 ijiem.
  • It-Tasmanja se twaqqaf it-test tal-PCR għal vjaġġaturi minn stat ieħor mill-1 ta’ Jannar.
  • Tarbija taħt is-sentejn li kienet pożittiva bil-COVID mietet f’South Australia, ghalkemm il-każ tal-mewt għadu jrid jiġi determinat.
  • L-Awstralja laħqet livell ieħor ta’ tilqim b’90 fil-mija tan-nies fuq is-16-il sena ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.
  • Il-prezz tal-kits tar-rapid antigen test qed jogħla waqt li l-provvista tagħhom naqset, b’rapporti li spiżerija f’Sydney qed tiċċarġja $25 għal kull test.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi New South Wales kienu rreġistrati 21,151 każ ġdid tal-COVID-19 u sitt imwiet, waqt li fil-Victoria kienu rrappurtati 5,919 infezzjoni ġdida u sebat imwiet.

Fi Queensland kienu rrappurtati 3,118 każ, u 137 infezzjoni kienu rreġistrati fit-Tasmanja.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 pandemic bi-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 

 


Share

3 min read

Published




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now