Aġġornament dwar il-COVID-19 – Numru ta’ każi rekord f’ġurnata waħda fi NSW waqt li l-vaċċin Moderna jkun approvat proviżjonalment

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-10 ta’ Awwissu 2021.

Watu wakufanya usafi waingia ndani ya shule ya umma ya Bondi Beach, Bondi, Sydney, Jumanne, 10 Agosti, 2021

Watu wakufanya usafi waingia ndani ya shule ya umma ya Bondi Beach, Bondi, Sydney, Jumanne, 10 Agosti, 2021 Source: AAP Image/Dan Himbrechts

  • Il-Premier tgħid li l-ksur tar-regoli tar-restrizzjonijiet iżidu n-numru ta’ każi fi NSW  
  • Fil-Victoria n-nies qegħdin jitlaqqmu f’numri kbar
  • Il-każi ġodda fi Queensland kienu fi kwarantina waqt li kienu infettivi
  • L-Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi tapprova proviżjonalment il-vaċċin Moderna tal-COVID-19

New South Wales 

Fi NSW kienu rreġistrati 356 każ ġdid tal-virus fil-komunità. Terz minnhom kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi. Tlett anzjani li ma kellhomx it-tilqima mietu. B’hekk in-numru ta’ mwiet b’rabta mal-COVID-19 matul din l-aħħar imxija issa huwa 32.

L-Inħawi tal-Gvern Lokali ta’ Byron Shire, Richmond Valley, Lismore u Ballina issa qegħdin f’lockdown sa 12.01am tat-Tlieta 17 ta’ Awwissu.

Il-Premier Gladys Berejiklian tgħid li n-nuqqas li n-nies ma jimxux mal-ordinijiet tas-saħħa pubblika jibqa’ r-raġuni ewlenija għaliex il-virus qed jinxtered u tħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu t-tilqima.

Hawnhekk issib il-lista tal-kliniċi tat-tilqim.

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 20 każ ġdid fil-komunità, kollha marbuta ma’ imxijiet tal-virus magħrufa. 5 biss minnhom kienu fi kwarantina waqt li kienu nfettivi

Il-Ministru tas-Saħħa Martin Foley jgħid li hemm  333,000 appuntament għall-vaċċin ibbukkjati sax-xahar id-diehel.

Residenti f’Melbourne li jiddeċiedu li jmorru f’inħawi reġjonali jistgħu jiffaċċjaw multa li tlaħħaq sa $5,000. Sa 200 pulizija huma mqabbda biex josservaw it-toroq ewlenin u mwarrba madwar l-istat għal min ikun qed jikser il-liġi. 

Hawnhekk issib il-lista taċ-ċentri għat-tilqim.

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine

VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine

ACT Transport and Quarantine

NT Travel and Quarantine

QLD Travel and Quarantine

SA Travel and Quarantine

TAS Travel and Quarantine

WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania
Northern Territory


Share

3 min read

Published




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now