COVID-19 – l-aħħar aġġornament: New Zealand telimina l-iżolazzjoni għal vjaġġaturi eliġibbli

Dan hu l-aġġornament għall-COVID-19 fl-Awstralja għall-1 ta’ Marzu.

Wanawake wawili wakumbatiana katika uwanja wakimataifa wa Auckland, New Zealand, baada ya mmoja wao kuwasili kwa ndege kutoka Australia.

Wanawake wawili wakumbatiana katika uwanja wakimataifa wa Auckland, New Zealand, baada ya mmoja wao kuwasili kwa ndege kutoka Australia. Source: Brett Phibbs/New Zealand Herald via AP

  • Dawk l-Awstraljani li huma mlaqqma kompletament li huma eliġibbli li jivvjaġġaw lejn New Zealand mhux se jkollhom għaliex jiżolaw aktar mill-Erbgħba 2 ta' ta’ Marzu f’11.59pm.
  • L-ittestjar hekk kif tasal u fil-5 u s-sitt ġurnata jibqgħu meħtieġa.
  •  Numru limitat ta’ nies biss huma permessi issa li jidħlu fi New Żealand, inklużi residenti, is-sieħeb/sieħba tagħhom, tfal dipendenti u ġenituri.
  • Western Australia se tintroduċi restrizzjonijiet aktar stretti mill-Ħamis 3 ta’ Marzu, fl-istess ġurnata li l-istat jiftaħ il-fruntieri tiegħu.
  • Ir-restrizzjonijiet ġodda jinkludu l-ilbies tal-maskri bilfors għat-tfal minn Year 3, ġemgħat ta’ nies fid-dar b’limitu ta’ 10 persuni, avvenimenti barra b’massimu ta’ 500 persuna u teatri u ċinema b’limitu ta’ 50 fil-mija tal-kapaċità.
  • L-awtoritajiet ta’ Ħong Kong m’humiex qegħdin jeskludu lockdowm mill-ġdid. B34,466 każ ġdid il-bieraħ, is-sitwazzjoni kull ma jmur qed issir diffiċli bil-faċilitajiet fejn jinżammu l-iġsma mejtin fl-isptarijiet u kmamar tal-mejtin pubbliċi mimlija.

Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,098 pazjent l-isptar b’49 fil-kura intensiva. Kien hemm 9 mwiet, u 8,874 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 255 persuna jinsabu l-isptar b’41 fl-ICU u 5 fuq il-ventilators. Kien hemm 18-il mewt u 6,879 infezzjoni ġdida.

Fit-Tasmanja ma kien l-ebda mewt f957 każ ġdid tal-COVID-19. 13 il-persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, tnejn minnhom jeħtieġu kura intensiva.

Fl-ACT 45 persuna issa jinsabu l-isptar bil-COVID-19, ħadd minnhom m’hu fil-kura intensiva, b’692 infezzjoni ġdida rrappurtata.



 

Aqra dwar it-tilqim tal-COVID-19 bil-Malti


Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19

ACT   New South Wales   Northern Territory   Queensland   

South Australia   Tasmania   Victoria   Western Australia  


Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 

ACT   New South Wales   Northern Territory   Queensland   

South Australia   Tasmania   Victoria    


Kun af x’tista’ u x’ma tistax tagħmel fl-Awstralja

Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja,  iċċekkja x’inhuma l-għażliet tiegħek


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l- SBS Coronavirus portal.


 


Share

2 min read

Published

Updated




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now