COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Il-vaċċin Novavax jasal l-Awstralja

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-8 ta’ Frar.

Mwanamke apokea chanjo ya UVIKO-19 katika zahanati ya Sydney Road Family Medical Practice mjini Balgowlah 10 Januari 10, 2022 in Sydney, Australia.

Mwanamke apokea chanjo ya UVIKO-19 katika zahanati ya Sydney Road Family Medical Practice mjini Balgowlah 10 Januari 10, 2022 in Sydney, Australia. Source: Getty Images AsiaPac

  • L-ewwel konsinna tal-vaċċin Novavax waslet l-Awstralja minn Singapore. Il-konsinna tinkludi l-ewwel tliet miljun doża tal-vaċċin li se tibda titqassam fil-21 ta’ Frar.
  • Sa 1, 700 ħaddiem/a tal-Forza tad-Difiża Awstraljana se jintbagħtu biex inaqqsu l-pressjoni fuq is-sistema tal-kura tal-anzjani. Madankollu dawk li jaħdmu favur l-anzjani jgħidu li dan in-numru mhux biżżejjed biex itaffi s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħaddiema.
  • Fi NSW, 44 fil-mija tal-popolazzjoni eliġibbli issa ħadet it-tielet doża tal-vaċċin tal-COVID. Fil-Victoria 46 fil-mija tal-adulti ħadu t-tliet dożi.
  • Il-gvern ta’ Victoria se jespandi l-aċċess tar-rapid antigen tests u jipprovdi lill-familji bi tfal bejn l-età ta’ tliet snin u ħames snin fid-daycare li jieħdu kits tat-testijiet id-dar fil-ġimgħat li ġejjin.
  • Waqt li n-numri ta’ każijiet tal-virus qegħdin jonqsu f’ħafna stati, in-Northern Territory huwa l-aktar territorju b’każijiet ta’ nies l-isptar minħabba l-COVID skont ir-rata medja tal-popolazzjoni.

Statistika dwar il-COVID-19:

Fi NSW kienu rrappurtati 2068 pazjent l-isptar b’132 jinsabu fil-kura intensiva. Kien hemm 18-il mewt oħra u  9,690 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 575 persuna jinsabu l-isptar, bi 72 fl-ICU. Kien hemm 20 mewt oħra u 9,785 infezzjoni ġdida.

Fi Queensland hemm 705 persuna l-isptar, inklużi 45 fil-kura intensiva, 12-il mewt u 5,178 każ ġdid.

Fit-Tasmanja hemm 15-il persuna l-isptar, 601 każ ġdid u l-ebda mwiet.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test

Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Share

2 min read

Published




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now