- Fi NSW jitħabbru provi ta’ kwarantina fid-dar għal vjaġġaturi li jkunu mlaqqma kompletament
- Fil-Victoria jitħaffu xi restrizzjonijiet min-nofsillejl
- Tilqim ta’ bilfors għas-settur tal-kura tal-anzjani fl-ACT
- Fi Queensland irreġistrat każ ieħor fil-komunità fi kwarantina fid-dar.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,284 każ lokali ġdid u 12-il mewt oħra, inklużi żewġt irġiel li kellhom fuq l-għoxrin sena. Tlieta minn dawn li tilfu ħajjithom kienu residenti f’faċilitajiet tal-kura tal-anzjani f’Dubbo, u sebgħa ma kinux imlaqqma.
Il-Premier ta’ NSW Gladys Berejiklian ħabbret pjanijiet biex tibda bi prova kwarantina ta’ sebat ijiem ibbażata fid-dar għal vjaġġaturi li jkunu ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin tal-COVID-19 akkreditat mit-TGA. Il-provi inizjali se jinvolvu 175 persuna u mistennija li jibdew fl-aħħar tax-xahar. Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 510 każi ġodda lokalment u mewt waħda.
Min-nofsillejl illum, dawk li ma jkunux imlaqqma jew imlaqqma parzjalment se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ persuna oħra minn dar differenti għal mixja jew piknik, waqt li n-numru jitla’ għal ħamsa minn żewġt idjar differenti, flimkien mad-dipendenti tagħhom, għal dawk l-adulti li jkunu mlaqqma kompletament.
Il-pjan komplut tal-gvern li jtemm il-lockdown, li jinkludi r-restrizzjonijiet matul ix-xahar ta’ Novembru, se jkun magħruf il-Ħadd, 19 ta’ Settembru.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 30 każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 14 minnhom kienu infettivi fil-komunità.
Millum, kien introdott tilqim ta’ bilfors għas-settur tal-kura tal-anzjani. Ħaddiema li ma jkunux imlaqqma ma jistgħux jidħlu fuq il-post tax-xogħol tagħhom qabel jieħdu l-ewwel doża tal-vaċċin tal-COVID-19.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Mill-ġimgħa d-dieħla, it-Tasmanja se tibda kwarantina ta’ 30 ġurnata fid-dar bi prova għal dawk il-vjaġġaturi li jkunu mlaqqma kompletament minn NSW reġjonali.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
