- L-eżamijiet tal-HSC ittardjati sad-9 ta’ Novembru
- Wieħed minn kull 10 każi tal-virus jinsabu f’Shepparton
- L-ACT taġġusta r-restrizzjonijiet tan-negozju waqt lockdown
- ATAGI japprovaw il-Pfizer għal tfal bejn it-12 u l-15-il sena
New South Wales
Fl-istat ta’ NSW kienu rreġistrati 882 każ ġdid lokali. Aktar minn 80 fil-mija tal-każi kienu rreġistrati fil-punent u l-lbiċ ta’ Sydney. Żewġt irġiel li kellhom fuq is-sittin u d-disgħin sena mietu.
Il-Premier Gladys Berejiklian ħabbret pjan għar-ritorn tal-istudenti fl-iskejjel:
- Mill-25 ta’ Ottubru – Studenti tal-Kindergarten u Year 1
- Mill-1 ta’ Novembru - Year 2, 6 u 11
- Mit-8 ta’ Novembru - Year 3, 4, 5, 7, 8, 9 u 0
It-tilqim għall-istaff kollu tal-iskejjel fis-setturi kollha se jkun tabilfors mit-8 ta’ Novembru, imma se jingħataw aċċess ta’ prijorità għall-vaċċin mis-6 ta’ Settembru.
Ibbukkja għal appuntament għat-tilqima illum.
Victoria
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 79 każ ġdid lokali. 53 minnhom kienu marbuta ma’ imxijiet ta’ kazi magħrufa u 26 każ mhux magħruf minn fejn ittieħdu.
Madwar 16,000 resident fir-reġjun ta’ Shepparton, li għandu popolazzjoni ta’ 65,000 huwa maħsub li qegħdin f’iżolazzjoni. Dan ikkaġuna l-għeluq tad-distribuzzjoni tal-ikel, supermarkets u spiżeriji minħabba nuqqas ta’ ħaddiema.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fit-Territorju Kapitali Awstraljan kienu rreġistrati 21 każ ġdid lokali. Hekk in-numru totali ta’ każi attivi huwa ta’ 209.
Fil-kapitali nazzjonali tħabbru bidliet fin-negozju tal-ħwienet, servizz ta’ skart, gym, skejjel taż-żfin u negozju tar-real estate li se jibdew iseħħu min-11.59pm illum.
Ikklikkja hawnhekk biex tiċċekkja l-eliġibilità tiegħek għat-tilqim tal-COVID-19.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fix-xlokk ta’ Queensland jitnaqqsu aktar ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 mill-4pm tallum.
- Il-Grupp ta’ Konsulenza Teknika dwar it-Tilqim fl-Awstralja approva l-vaċċin Pfizer kontra l-COVID-19 għat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
