- Fi NSW, terz tat-tfal bejn it-12 u l-15-il sena ħadu l-ewwel doża tat-tilqima
- F’Victoria jitħabbru aktar dożi tal-vaċċin Moderna
- Tikber il-lista ta’ postijiet li setgħu kienu esposti għall-virus fl-ACT
- Ħamsin fil-mija tan-nies eliġibbli fl-Awstralja ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,043 każ lokali ġdid u 11-il mewt.
Fi NSW tnieda programm pilota biex iġib lura madwar 500 studenti internazzjonali li huma mlaqqma bil-vaċċin Pfizer, Moderna jew AstraZeneca.
Traċċi tal-COVID-19 instabu f’kampjuni tad-drenaġġ minn Lightning Ridge fil-punent ta’ NSW, Jindabyne fin-nofsinhar ta’ NSW, Crookwell fin-Nofsinhar tat- Tablelands, u South Lismore fit-tramuntana ta’ NSW.
Ikklikkja biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 733 każ lokali ġdid, b’84 fil-mija ta’ dawk infettati huma taħt il-50 sena. Mietet persuna waħda.
Il-Ministru tas-Saħħa Martin Foley jgħid li aktar minn 700 spiżerija mal-istat kollu se jirċievu aktar minn 300,000 doża tal-Moderna fil-ġimgħat li ġejjin. Madwar 32,000 doża addizzjonali tal-vaċċin Moderna se jkunu allokati wkoll, f’postijiet tat-tilqim u jkunu disponibbli għal dawk bejn it-12 u l-59 sena.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid.
Ners li kienet imlaqqma minn Calvary Haydon Retirement Community fit-tramuntana ta’ Canberra ttestjat pożittiv għall-COVID-19. Fl-ACT issa hemm madwar 450 post li setgħu kienu esposti għall-virus.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Il-provi tal-kwarantina fid-dar fit-Tasmanja se jibdew illum, bil-vjaġġaturi jkollhom isegwu r-regoli bħal li jittestjaw negattiv għall-COVID-19 u li jkollhom trasport privat mill-ajruport biex jevitaw li jużaw is-servizzi pubbliċi.

Source: SBS
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
