- Ir-Red Cross toffri għotjiet lir-residenti fuq viża temporanja li joqogħdu Greater Sydney
- Skema ta’ prijorità għal aċċess tal-vaċċin għall-istudenti ta’ Year 12 fil-Victoria
- Aktar appuntamenti għat-tilqim u ttestjar għal dawk f’Canberra li ghandhom diżabilità
- Ma kienu rrappurtati l-ebda każi f’South Australia u fi Queensland.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,220 każ ġdid lokali, u tmien imwiet.
Id-Direttur tas-Saħħa Aboriġina fl-isptar St Vincent, Aunty Pauline Deweerd tħeġġeġ lill-komunitajiet Aboriġini biex jieħdu t-tilqima malajr kemm jista’ jkun waqt li l-awtoritajiet qegħdin jistennew li n-numru medju ta’ każi ġodda f’Settembru jkun madwar 1,500 kuljum.
Ir-Red Cross Awstraljan qed joffri ħlas ta’ darba ta’ $400 għal dawk fuq viża temporanja jew mingħajr viża li huma affettwati mil-lockdown fi Greater Sydney permezz tal- Programm ta’ Sapport fi Tbatija Kbira .
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja l-appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 246 każ ġdid ieħor lokali. Issa n-numru ta’ każi attivi laħaq 1,786.
Millum, bħala parti mill-iskema ta’ aċċess ta’ prijorità ta’ 10 ijiem, l-awtoritajiet qegħdin jimmiraw li jlaqqmu l-istudenti kollha ta’ Year 12 b’ta lanqas doża waħda qabel l-eżamijiet finali tagħhom. L-ibbukkjar għat-tilqima Phizer fetaħ għall-istudetni ta’ Year 12, l-għalliema, dawk li jagħmlu superviżjoni waqt l-eżamijiet u assessuri, it-Tnejn, 6 ta’ Settembru.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 19-il każ lokali ġdid. Tal-anqas 6 minnhom kienu infettivi fil-komunità.
Il-Gvern tal-ACT qed joffri aċċess aħjar u aktar tilqim u appuntamenti għall-ittestjar għal dawk b’diżabilità billi ttrasferixxa l-Access and Sensory Clinic f’ Weston Creek Community Health Centre.
Ikklikkja hawnhekk għal appuntament biex tibbukkja t-tilqima tiegħek .
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
