- Fi NSW kważi 1,000 pazjent bil-Covid fl-isptarijiet
- Fil-Victoria hemm 50,000 tilqima tal-AstraZeneca għal min irid jibbukkja
- L-ACT jintroduċi moratorju ta’ 12-il ġimgħa fuq kera qabel persuna titkeċċa mill-post għax tkun lua fil-ħlas.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,431 każ ġdid fil-komunità. Kien hemm 12-il mewt. Il-Premier Gladys Berejiklian twissi li l-kriżi tal-virus Delta fl-istat x’aktarx tmur għall-agħar fil-ġimgħat li ġejjin.
Issa hemm 979 pazjent tal- COVID-19 fl-isptarijiet, inkluz 160 f’kura intensiva u 63 fuq il-ventilaturi. L-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jantiċipaw li jkun hemm żjieda fil-każijiet fil-ħmistax li ġejjin.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntamnet għat-tilqima tiegħek illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 208 każ ġdid lokalment. 96 każ kienu llinkjati ma’ imxijiet magħrufa. Raġel li kellu fuq is-60 sena miet.
Il-Premier Daniel Andrews jgħid li l-programm ta’ prijorità għat-tilqim għall-istudenti ta’ Year 12 se jibda nhar it-Tlieta, 7 ta’ Settembru, waqt li t-tfal li għandhom 12-il sena jkunu l-grupp tal-istess età li jingħataw prijorità għall-vaċċin Pfizer kontra l-COVID-19
Sib ċentru għat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 18- il każ ġdid lokali, bi 15 minnhom kienu infettivi fil-komunità.
Il-gvern introduċa moratorju ta’ tnax-il ġimgħa qabel min ikun fil-kera jitkeċċa minħabba li jkun lura fil-ħlas tal-kera kaġun ta’ telf ta’ dħul jew minħabba s-sigħat tax-xogħol kaġun tal-lockdown.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja l-appuntament tiegħek għat-tilqima
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Mit-Tnejn 6 ta’ Settembru, fi Queensland se jkun hemm 680 sodda disponibbli fil-kwarantina tal-lukandi wara li l-istat waqqaf għall-ftit il-wasliet tan-nies minn barra minħabba kwistjonijiet ta’ kapaċità fil-lukandi
- Minkejja li huwa grupp ta’ prijorità ftit akar minn 20 fil-mija biss tal-Aboriġini u Torres Strait Islander li għandhom fuq is-16-il sena hadu ż-żewġ dożi tat-tilqima.
- L-Agent Premier, Jeremy Rockliff ħabbar tilqim ta’ bilfors għall-ħaddiema tas-saħħa fit-Tasmanja.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
