Aġġornament dwar il-COVID-19: L-awtoritajiet ta’ NSW u Queensland iħeġġu lin-nies biex joqogħdu ġewwa

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-3 ta’ Awwissu 2021.

Zahanati ya chanjo ya AstraZeneca katika kitongoji cha Wattle Grove

Zahanati ya chanjo ya AstraZeneca bila miadi katika kitongoji cha Wattle Grove, NSW Source: AAP Image/Joel Carrett

  • Se jingħataw 6 miljun doża tal-vaċċin fi NSW sal-aħħar ta’ Awwissu.
  • Il-każi attivi fi Queensland jitilgħu għal 47.
  • F’Victoria rreġistrati 4 każi ġodda.
  • Il-Gvern Federali joffri ħlasijiet ta’ sapport addizzjonali għall-COVID.

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 199 każ ġdid tal-virus, b’ta’ lanqas 50 minnhom kienu infettivi waqt li kienu fil-komunità.

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant tfakkar lin-nies biex ma jmorrux   fi tmien erjas tal-gvern lokali  jekk mhux assolutament għall-bżonn.   

Il-Premier Gladys Berejiklian trid li fl-istat ikunu rreġistrati 6 miljun tilqima sal-aħħar ta’ Awwissu. S’issa 3.9 miljun doża kienu amministrati.

Hawnhekk issib il-lista ta’ kliniċi fejn isir it-tilqim . 

Queensland

Fi Queensland kienu rreġistrati 16-il każ ġdid tal-virus fil-komunità, kollha konnessi ma’ każi eżistenti.

L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Jeannette Young tappella lir-residenti minn 11 l-erja tal-gvern lokali  biex jibqgħu d-dar u jkunu ttestjati hekk kif jinnotaw xi sintomi.

Id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Steve Gollschewski jgħid li l-pulizija s’issa ħarġu 70 multa u arrestaw 21 persuna li ma mxewx mal-ordnijiet tas-saħħa pubblika.

Hawnhekk issib l- eqreb ċentri tal-ittestjar għall-COVID-19. Aktar informazzjoni f’ coronavirus resources in your language.

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
  • F’Victoria kienu rreġistrati 4 każi ġodda li ttieħdu lokalment, kollha marbuta mal-imxijiet eżistenti tal-virus u kienu fi kwarantina waqt li kienu infettivi.
  • Dawk li tilfu tal-anqas 8 sigħat xogħol minħabba ordnijiet tas-saħħa pubblika fl-istat huma eliġibbli għall- COVID-19 Disaster Payment flimkien mal-ħlas regulari  tagħhom. Klejms għal dan is-sapport addizzjonali fetħu llum.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine

VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine

ACT Transport and Quarantine

NT Travel and Quarantine

QLD Travel and Quarantine

SA Travel and Quarantine

TAS Travel and Quarantine

WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania
Northern Territory



Share

3 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now