- Instab il-COVID-19 fi nħawi reġjonali ta’ NSW fejn ma kienx hemm każi riċenti
- Waqfien fis-servizzi tal-V/Line f’Victoria
- Hemm aktar opportunitajiet biex tibbukkja tilqima fl-ACT
- Queensland tirreġistra każ ġdid fil-komunità
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 1,542 każ lokali ġdid, u disa’ mwiet.
Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, sa ħames residenti li jkunu mlaqqma kompletament barra t-12-il erja tal-gvern lokali (LGAs) ta’ tħassib se jkunu permessi li jiltaqgħu barra. Dawk li joqogħdu f’dawn l-inħawi (LGAs) ta’ tħassib jistgħu joħorġu barra għal piknik jew rekreazzjoni ma’ membri oħra li joqogħdu fl-istess dar li jkunu mlaqqma kompletament għal satgħejn kuljum u jistgħu jdumu jagħmlu eżerċizzju kemm iridu.
Fdalijiet tal-COVID-19 instabu fid-drenaġġ f’impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f’ Tamworth, Lightning Ridge, Glen Innes, Culburra Beach u Moruya.
Mit-Tnejn 13 ta’ Settembru, NSW Health se jipprovdu aġġornamenti onlajn bil-vidjo minflok il-konferenzi stampi diretti fil-1100.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 334 każ lokali ġdid. 149 każ kienu marbuta ma’ imxijiet tal-virus li nafu bihom. Persuna waħda mietet.
Kien hemm waqfien f’għoxrin servizz tal-V/Line wara li sewwieq tat-trejn li vvjaġġat minn Southern Cross Station għal Gippsland ittestja pożittiv għall- COVID-19. Mistenni li l-waqfien jista’ jaffettwa mitt servizz ieħor.
Sib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Australian Capital Territory
Fl-ACT kienu rreġistrati 24 każ lokali ġdid. Tal-anqas sitta minnhom kienu infettivi fil-komunità.
L-awtoritajiet jistiednu lin-nies jibdlu l-appuntament tagħhom għal aktar kmieni biex jieħdu t-tilqima permezz ta’ MyDHR system. Hemm aktar minn 30,000 appuntament.
Ikklikkja hawnhekk għal appuntament biex tibbukkja t-tilqima tiegħek.
Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- Queensland irreġistrat każ wieħed lokali ġdid. Dan kien żagħżugħ li jattendi St Thomas More College fis-subborg ta’ Sunnybank fi Brisbane.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
