Aġġornament dwar il-Covid-19: Nies imħeġġa li jitlaqqmu fi NSW, waqt li t-TGA japprovaw l-ittestjar id-dar

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-28 ta’ Settembru 2021.

Mtu anaye vaa barakoa, avuka mtaa wa Melbourne.

Mtu anaye vaa barakoa, avuka mtaa wa Melbourne. Source: AAP

  • TGA rrakomandaw li l-ittestjar fid-dar se jkun disponibbli mill-1 ta’ Novembru
  • F’Victoria rreġistrat l-ogħa numru ta’ każi tal-Covid-19 mindu bdiet il-pandemija
  • Jinstabu żewġ gruppi ġodda ta’ każi tal-virus fi Queensland, ftit jiem qabel il-finali tan-NRL

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 867 każ lokali ġdid tal-Covid-19 u erba’ mwiet oħra, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi huwa ta’ 9,261. 

Fl-istat qed ikun imniedi app bi prova li jista’ jkun użat biex ikunu ċċekkjati dawk fil-Victoria li jerġgħu lura minn stat ieħor u minn barra l-Awstralja.

Hawnhekk issib  ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.

Queensland

Żewġ gruppi ġodda ta’ każi tal-COVID-19 instabu fi Brisbane, ftit jiem qabel il-finali tan-NRL, inkluż wieħed marbut ma’ sewwieq ta’ trakk li kien infettiv fil-komunità għal tmint ijiem.

Fl-istat kienu rreġistrati erba’ każi ġodda fil-komunità. L-ilbies tal-maskri reġa’ ddaħħal ta’ bilfors għar-residenti fl-inħawi tal-gvern lokali ta’ Brisbane u Moreton Bay. 

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 863 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u seba’ mwiet, bil-maġġoranza tal-każi jkunu mid-Distrett tas-Saħħa Lokali tal-Lbiċ ta’ Sydney u l-Punent ta’ Sydney.

L-awtoritajiet qegħdin jikkunsidraw li jpoġġu lir-residenti f’Port Macquarie u f’Muswellbrook f’lockdown, u jestendu l-lockdown f’Kempsey, b’riżultat tan-numru jikber ta’ każi f’dawk l-inħawi.  

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum. 

Australian Capital Territory

Il-Ministru Ewlieni fl-ACT, Andrew Barr jgħid li l-ħruġ tat-territorju mil- lockdown se jkun bil-mod, wara li kienu rreġistrati 13-il każ ieħor. Tmienja min-nies qegħdin l-istptar bil-virus u tlieta minnhom qegħdin fil-kura intensiva.

Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal- COVID-19.  

Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa

  • It-Theraputic Goods Administration (TGA) issa rrakomandaw li l-ittestjar fid-dar se jkun disponibbli mill-1 ta’ Novembru

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine

VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine

ACT Transport and Quarantine

NT Travel and Quarantine

QLD Travel and Quarantine

SA Travel and Quarantine

TAS Travel and Quarantine

WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania
Northern Territory

 


Share

3 min read

Published




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now