- Fi New South Wales, in-nersis qegħdin jistrajkjaw biex jitolbu għal aktar nersis skont in-numru tal-pazjenti u pagi aħjar. L-azzjoni industrijali bdiet fis-7am u se tkomplu għal 24 siegħa.
- Il-protesti qegħdin isiru f’Sydney quddiem id-Dar tal-Parlament.
- Il-ministru tas-saħħa ta’ NSW sejjaħ id-deċiżjoni tal-union li tkompli miexja bl-istrajk bħala “diżappuntanti” wara li l-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Industrijali ordnat li l-istrajk ma jsirx.
- Waqt l-istrajks, servizzi tal-preservazzjoni tal-ħajja se jinżammu fl-isptarijiet pubbliċi kollha u fis-servizzi tas-saħħa.
- Il-vaċċin ibbażat fuq il-proteina mmanifatturat minn Novavax issa huwa disponibbli fi kliniċi tat-Tobba, spiżeriji u postijiet tat-tilqim immexxija mill-istat.
- Il-vaċċin kien approvat għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena bħala l-ewwel u t-tieni doża tagħhom. Bħalissa mhux disponibbli għal dawk taħt it-18-il sena u bħala booster.
- Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt jittama li l-vaċċin ikun “għażla ġdida” għal “dawk li stennew jew ma setgħux jieħdu tilqimiet oħra”.
- Il-websajt Vaccine Clinic Finder issa toffri l-għażla biex tfittex fejn tista’ tieħu n-Novavax fl-Awstralja.
- Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni fil-Victoria, Matthew Guy kien immultat $100 talli ma libisx maskra tal-wiċċ fil-Parlament Statali. Erba’ Membri Paralmentari oħra kienu wkoll immultati.
- In-numru ta’ pazjenti tal-COVID-19 fl-isptar fil-Victoria issa huwa l-anqas mill-bidu ta’ din is-sena.
- Il-Forza tad-Difiża Awstraljana se jgħinu lil tliet faċilitajiet tal-kura tal-anzjani fit-Tasmanja li ntlaqtu minn imxija tal-COVID-19. Dan sar magħruf mid-Deputat Premier u Ministru tas-Saħħa Jeremy Rockliff.
Statistika dwar il-Covid-19
Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,583 pazjent l-isptar b’96 fil-kura intensiva. Kien hemm 16-il mewt, u 8,201 każ ġdid tal-COVID-19.
Fil-Victoria, 441 persuna jinsabu l-isptar, b’67 fl-ICU u 14 fuq il-ventilators. Kien hemm 20 mewt oħra u 8,162 infezzjoni ġdida.
Fi Queensland, kien hemm 5,286 każ ġdid tal-COVID-19 u 10 imwiet. 462 pazjent jinsabu l-isptar, b’35 fil-kura intensiva u 16 fuq il-ventilator.
Fit-Tasmanja ma kienu rreġistrati l-ebda mwiet u kien hemm 513 każ ġdid tal-COVID-19. 10 persuni jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’persuna waħda fl-ICU.
F’South Australia kienu rrappurtati1,138 każ ġdid tal-COVID-19, b’219 jinsabu l-isptar, 18 fil-kura intensiva u b’5 minnhom jeħtiegu l-ventilator.
Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test
Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:
Ivvjaġġar
Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19 b’diversi lingwi
Għajnuna finanzjarja
Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament: Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju: