COVID-19 – L-aħħar aġġornament: Il-każijiet tal-Omicron jiżdiedu fl-Awstralja

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għas-7 ta’ Diċembru 2021.

Yvette D'Ath Waziri wa Afya wa Queensland

Waziri wa Afya wa Queensland Yvette D'Ath, asema wanataka kila mtu awe na krismasi salama pamoja na wapendwa wao. Source: AAP Image/Darren England

  • 180 persuna assoċjati ma’ skola f’Canberra kienu sfurzati jiżolaw minħabba l-biża’ li kienu esposti għall-Omicron.
  • Fi NSW kienu rreġistrati sitt każi ġodda tal-Omicron, għalhekk in-numru totali ta’ infezzjonijiet b’dan il-varjant tela’ għal 31.
  • Mis-17 ta’ Diċembru dawk li ma jkunux imlaqqma mhux se jkunu permessi  f’postijiet tan-negozji li ma jkunux essenzjali fi Queensland. 
  • Il-ministru tas-saħħa fi Queensland jinforma li test pożittiv fil-Gold Coast huwa konness ma’ faċilità tal-kura tal-anzjani, imma s’issa l-ebda persuna oħra fil-faċilità ma kienet ittestjata pożittiva.
  • Stħarriġ mir-Red Cross fl-Awstralja sab li persuna minn kull tlieta huma anqas eċċitati għall-istaġun tal-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida mqabbla ma’ snin oħra, u 61 fil-mija huma mħassba dwar il-familja u ħbieb vulnerabbli li jkunu waħidhom jekk ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar ma jinbidlux.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,185 każ lokali ġdid u sebat imwiet.

Fi NSW kienu rreġistrati 260 każ ġdid fil-komunità u żewġt imwiet.  

Fl-ACT kienu rreġistrati tliet każi ġodda u wieħed fi Queensland.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja  hawnhekk


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

 Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



 


Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Share

2 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now