Aġġornament dwar il-COVID-19: L-istat ta' Queensland bi 80 fil-mija tal-pjan għall-ftuħ mill-ġdid tal-istat

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għad-9 ta’ Novembru 2021.

Kiongozi wa Queensland Annastacia Palaszczuk (katikati) akizungumza na wafanyakazi katika kituo cha chanjo cha Logan

Kiongozi wa Queensland Annastacia Palaszczuk (katikati), akizungumza na wafanyakazi katika kituo cha chanjo cha Logan. Source: AAP Image/Jono Searle

Punti Ewlenin

  • L-istat ta' Queensland ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal dawk li jkunu mlaqqma kompletament.
  • Mis-17 ta’ Diċembru, jew meta l-istat jilħaq it-80 fil-mija ta’ dawk li jkunu mlaqqma kompletament, ma jibqax ikun hemm aktar restrizzjonijiet tal-COVID-19 fuq pubs u postijiet oħra ta’ divertiment, stadjums, eċċ.
  • Żjajjar fl-isptarijiet se jkunu jistgħu jsiru minn dawk imlaqqma kompletament. L-unika eċċezzjoni tkun f'sitwazzjonijiet ta’ xi ħadd li jkun qed imut jew sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
  • In-nies fi Queensland ma jkollhomx għalfejn jilbsu maskra ħlief fuq l-ajruplan u l-ajruporti meta l-istat ikun laħaq 80 fil-mija tat-tilqim bl-ewwel doża
  • Rapport ġdid minn Doherty Institute sab li bit-tilqim tal-COVID-19 jilħaq aktar minn 70 fil-mija, madwar nofs tal-infezzjonijiet kollha jkunu f’dawk imlaqqma, imma l-każi tal-infezzjonijiet jkunu aktar baxxi u anqas infettivi.
  • Skont it-3 stadju tal-pjan tal-ftuħ mill-ġdid, in-Northern Territory se jibda bl-introduzzjoni tal-kwarantina fid-dar mit-23 ta’ Novembru.

Każi tal-COVID-19:

  • Fil-Victoria kienu rreġistrati 1,029 każ lokali ġdid u 10 imwiet.
  • Fi NSW kienu rreġistrati 222 każ ġdid u erbat imwiet.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine

VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine

ACT Transport and Quarantine

NT Travel and Quarantine

QLD Travel and Quarantine

SA Travel and Quarantine

TAS Travel and Quarantine

WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania
Northern Territory


Share

2 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS



Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now