COVID-19 - l-aħħar aġġornament: Xi operazzjnijiet li mhumiex urġenti fil-Victoria se jibdew mit-Tnejn

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal-4 ta’ Frar.

Victorian Health Minister Martin Foley speaks to media at the Alfred Hospital in Melbourne, Wednesday, December 29, 2021. Victoria has seen a massive jump in COVID-19 infections with 3767 new cases and five deaths. (AAP Image/Con Chronis) NO ARCHIVING

Victorian Health Minister Martin Foley speaks to media. Source: AAP

  • Il-Gvern ta’ Victoria ħabbar li xi operazzjonijiet li mhumiex urġenti jistgħu jibdew mit-Tnejn imma d-data għal meta l-operazzjonijiet kollha jerġgħu lura  għan-normal għadha mhix deċiża. 
  • Fil-Victoria tħabbar ukoll pakkett ta’ fondi ta’ $1.4 biljun li l-Ministru tas-Saħħa Martin Foley qal li huwa importanti biex is-sistema tas-saħħa fl-istat timmaniġġja r-rispons tal-Omicron.
  • Fi NSW kienu rrappurtati 31 mewt oħra bil-COVID-19 u kien hemm 36 fatalità fil-Victoria, bin-numru ta’ dawk fl-isptarijiet fiż-żewġ stati jkompli jonqos.
  • Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li 45,000 minn 170,000 resident/a eliġibbli fil-kura tal-anzjani għadhom ma rċivewx il-booster tat-tielet tilqima tal-COVID-19.
  • Hunt semma l-indeċiżjonijiet fost ir-residenti tal-kura tal-anzjani bħala l-kaġun tar-rati baxxi tal-booster tal-COVID-19 fost dawn l-anzjani.
  • Operazzjonijiet li mhumiex urġenti u ta’ matul il-ġurnata fl-isptarijiet fin-Northern Territory se jistennew biex tonqos il-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa.
  • L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa fi Queensland, Dr John Gerrard qal li l-istat qed jara numru ‘bla proporzjanon’ tal-imwiet fost l-anzjani li ma ħadux tilqima tal-booser.

Statistika dwar il-COVID-19:

Fi NSW kienu rrappurtati 2,494 pazjent/a li ddaħħlu l-isptar b’160 fil-kura intensiva, 31 mewt oħra, u 10,698 każ ġdid tal-COVID-19.

F’Victoria, 707 persuna ddaħħlu l-isptar, inklużi 79 fl-ICU. Kien hemm 36 mewt u 11,240 infezzjoni ġdida.

Fi Queensland, kien hemm 732 persuna l-isptar, inklużi 50 fil-kura intensiva, 13-il mewt u 6,857 każ ġdid.

Fit-Tasmanja, kien hemm 570 każ, 13-il persuna l-isptar, inklużi 2 fl-ICU. 

Fl-ACT kienet rreġistrata mewt waħda u 449 każ ġdid, inklużi 65 persuna fl-isptar u persuna waħda fl-ICU.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Diversi stati għandhom formoli ta’ reġistrazzjoni tar-Rapid Antigen Test

Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
ACT 

Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19 - l-aħħar aġġornament: Xi operazzjnijiet li mhumiex urġenti fil-Victoria se jibdew mit-Tnejn | SBS Maltese