- L-istat ta’ NSW iħabbar pakketti ta’ rkuprar għan-negozji affettwati mill-COVID-19
- L-istat ta’ Victoria jagħmel investimenti maġġuri fil-kura tas-saħħa
- Il-Commonwealth iħabbar dak li jsejjaħ bħala l-ewwel pjan fid-dinja għall-mard mentali fit-tfal
Victoria
Fil-Victoria kienu irreġistrati 1,466 infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19 lokalment u tmien imwiet. Minn 675 persuna fl-isptar, sebgħa fil-mija biss huma mlaqqma kompletament.
Il-Premier Daniel Andrews ħeġġeġ lin-nies fil-Victoria biex jekk huwa possibbli jieħdu t-tieni doża tat-tilqima tagħhom aktar kmieni minn kif kien ippjanat.
L-istat ħabbar investiment ta’ miljuni ta’ dollari fil-kura tas-saħħa qabel l-istat jerġa’ jiftaħ.
$255 miljun kienu mħabbra biex jissapportjaw lil dawk li jaħdmu fuq quddiem fl-isptarijiet kontra l-COVID u $2.5 miljun huma ddedikati biex jiġu mqabbda jaħdmu 1000 ħaddiem/a ieħor fil-qasam tas-saħħa li jgħixu barra l-Awstralja.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja l-appuntament tat-tilqima tiegħek illum.
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 360 każ lokali ġdid u ħamest imwiet.
Il-Premier Dominic Perrottet ħabbar pakkett għan-negozji fl-istat.
Sidien ta’ negozji eliġibbli se jkunu jistgħu jikklemjaw $2,000 bħala rebate għal ċerti servizzi u ħlasijiet. Rebates sostanzjali kienu mħabbra għal negozji li jkollhom prodotti li ma jibqgħux tajbin għall-bejgħ qabel l-istaġun tal-Milied.
“Irridu lis-sidien tan-negozji li jkunu jafu li qegħdin nappoġġjawhom,” qal il-Premier Domenic Perrottet.
L-istat mistenni li jaqbeż il-mira ta’ 80 fil-milja tat-tilqim kompletament sa nhar it-Tnejn, meta jkomplu jitnaqqsu r-restrizzjonijiet.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
ACT
Fl-ACT kienu rreġistrati 28 każ ġdid lokali. 22 minnkom kienu marbuta ma’ każi magħrufa.
Ikklikkja biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fi Queensland ma kienu rreġistrati l-ebda każi tal-COVID-19.
- 82.8% tar-residenti eliġibbli fl-Awstralja ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tagħhom u 63.4% huma mlaqqma kompletament.
- Il-Ministru tas-Saħħa Federali Greg Hunt qal li jidher li d-doża tal-booster għall-adulti se tkun disponibbli qabel l-aħħar ta’ Ottubru.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
