Aġġornament dwar il-COVID-19: L-Istati jirsistu biex jilħqu l-miri tagħhom tat-tilqim

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-13 ta’ Awwissu 2021.

Victorian Premier Daniel Andrews addresses the media during a press conference in Melbourne, Friday, August 13, 2021

Victorian Premier Daniel Andrews addresses the media during a press conference in Melbourne, Friday, August 13, 2021. Source: AAP Image/James Ross

  • Adulti żgħażagħ huma fost l-aktar affettwati mill-virus fi NSW
  • Fl-istat ta’ Victoria mistennija li jitlaqqmu miljun persuna f’ħames ġimgħat
  • Fl-ACT irreġistrati żewġ każi tal-virus fil-komunità
  • Dawk li jaslu Queensland mill-ACT mistennija jagħmlu kwarantina

New South Wales

Fi NSW kienu rreġistrati 390 każ ġdid u żewġt imwiet. Tal-anqas 60 każ kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi.

Il-maġġoranza tal-25 każ ġdid f’Dubbo u  Walgett kienu f’nies Aboriġini, inklużi tfal.

Dr Maryanne Gale minn New Wales Health tgħid li f’dawn l-aħħar ġimagħtejn adulti żgħażagħ bejn l-età ta’ 20 u 29 sena, huma fost l-aktar affettwati mill- COVID-19 u tħeġġeg lil kulħadd biex jieħu t-tilqima.

Hawnhekk issib il-lista ta’ kliniċi tat-tilqim.

Victoria

F’Victoria kienu rreġistrati 15 il-każ ġdid. 4 minnhom ma kinix marbuta mal-imxijiet magħrufa tal-virus.

Il-Premier Daniel Andrews jgħid li l-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-COVID-19 se jkun jista’ jittieħed minn dawk kollha ‘l fuq minn 18-il sena f’kull post tat-tilqim immexxi mill-istat. Huwa jgħid li l-gvern irid li miljun persuna jirċievu l-vaċċin fil-ħames ġimgħat li ġejjin.

Hawnhekk issib il-lista taċ-ċentri tat-tiqlim

Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
  • Queensland tirreġistra seba’ każi lokali ġodda. Mis-Sibt 14 ta’ Awwissu, kull min jasal Queensland mill-ACT għandu jagħmel kwarantina fil-lukanda.
  • L-awtoritajiet tal-ACT ikkonfermaw aktar minn 3,000 kuntatt mill-qrib u total ta’ sitt każi attivi.    
  • In-negozji fit-Tasmanja affettwati mill-għeluq tal-fruntieri u l-lockdowns fi stati oħra jistgħu japplikaw għal għotjiet minħabba t-tbatija li għaddejjin minna mis-17 ta’ Awwissu.

Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi tal-ittestjar u pandemic disaster payment

Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.

NSW Travel & transport and Quarantine

VIC Travel permitOverseas travellers and Quarantine

ACT Transport and Quarantine

NT Travel and Quarantine

QLD Travel and Quarantine

SA Travel and Quarantine

TAS Travel and Quarantine

WA Travel and Quarantine

Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni.  Ikklikkja hawnhekk  għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania
Northern Territory


Share

3 min read

Published

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now