COVID-19 – l-aħħar aġġornament: It-TGA toħroġ twissijiet ġodda biex ma jinxtrawx kits tar-Rapid Antigen Test li ma jkunux approvati

Dan huwa l-aġġornament dwar il-COVID-19 fl-Awstralja għall-4 ta’ Marzu.

Rapid Antigen Test Kit Distribution centre in Melbourne, Thursday, January 20, 2022. (AAP Image/James Ross)

Rapid Antigen Test Kit Distribution centre in Melbourne, Thursday, January 20, 2022. Source: AAP

  • Ir-regulatur mediku fl-Awstralja, l-Amministrazzjoni tal-Affarijiet Terapewtiċi (TGA) ħarġet twissijiet ġodda biex ma jinxtrawx RATs li ma jkunux approvati għall-użu fil-pajjiz.
  • Dan sar wara tħassib li xi tipi ta’ RATs qegħdin ikunu ppakkjati mill-ġdid jew jingħataw tikketta ġdida għall-bejgħ mingħajr il-komponenti kollha ġewwa l-kaxxa.
  • It-TGA diġà approvat 32 tip ta’ RATs differenti għall-użu fl-Awstralja u qalet, "(RATs li m’humiex approvati) ma kinux assessjati mit-TGA. Dan ifisser li m’għandhomx l-istess assigurazzjoni, effettività u kwalità bħal dawk li jissodisfaw il-ħtiġijiet regulatorji Awstraljani."
  • Fi New South Wales, kull min jittestja pożittiv għall-virus u jkun f’iżolazzjoni  waqt l-emerġenza tal-għargħar fi NSW għandu jobdi kull ordnijiet ta’ evakwazzjoni. Nies pożittivi bil-COVID-19 li jaslu f’ċentri ta’ evakwazzjoni għall-għargħar għandhom javżaw lill-istaff, jilbsu maskra u fiżikament iżommu distanza min-nies l-oħrajn.  
  • Fi Queensland mis-6:00pm illum, il-maskri m’humiex aktar meħtieġa fil-biċċa l-kbira tal-postijiet, inklużi l-postijiet tax-xogħol, skejjel, ħwienet tal-kafè, restoranti u pubs. Dan japplika kemm għall-ħaddiema u anke għan-nies li jattendu.
  • Il-maskri għadhom meħtieġa li jintlibsu fuq it-trasport pubbliku, meta żżur ajruporti, fuq l-ajruplani, fil-ħabsijiet u f’postijiet għal dawk b’diżabilità, fl-isptarijiet u f’postijiet tal-kura tal-anzjani. Il-maskri huma rrakomandati wkoll meta ma tkunx tista’ żżomm distanza soċjali.
  • Limiti ta’ densità se jitneħħew, bla ma jkun hemm restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ nies f’tiġijiet, f’funerali jew fi djar, waqt li prova li tkun ħadt it-tilqima għadha meħtieġa f’ċerti postijiet.
  •  Skont xjentisti Ġappuniżi, il-virus tal-Omicron tal-COVID-19 huwa tal-anqas 40 fil-mija aktar qawwi mill-influwenza staġjonali, għalhekk tajjeb wieħed jifhem il-potenzjal tal-qawwa tiegħu u l-periklu li jikkaġuna fis-saħħa.
  • Esperti tas-saħħa mir-Renju Unit jgħidu li sabu pillola oħra li ssalva l-ħajjiet  li tista’ tgħin nies morda bil-COVID. Il-baricitinib issoltu tintuża biex tikkura l-infjammazzjoni tal-artrite. Provi juru li tista’ tnaqqas ir-riskju tal-mewt f’pazjenti li jkollhom bżonn kura l-isptar għall-COVID severa.

Statistika dwar il-COVID-19 fl-Awstralja

Fi New South Wales kienu rrappurtati 1,000 pazjent fl-isptar bi 42 fil-kura intensiva. Kien hemm żewġt imwiet, u 9,466 każ ġdid tal-COVID-19.

Fil-Victoria, 245 persuna jinsabu l-isptar bi 28 fil-ICU u 7 fuq il-ventilators. Kien hemm 26 mewt u 6,545 infezzjoni ġdida.

Fit-Tasmanja ma kienu rrekordjati l-ebda mwiet b937 każ ġdid tal-COVID-19. 14-il persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’4 minnhom jeħtieġu l-kura intensiva.

Fi Queensland, kien hemm 5,446 każ ġdid tal-COVID-19 u 7 mwiet. 284 persuna jinsabu l-isptar bil-COVID-19, b’25 pazjent fl-ICU.

FL-ACT 35 persuna issa qegħdin l-isptar bil-COVID-19, 2 jeħtieġu kura intensiva. Kienu rrappurtati 794 infezzjoni ġdida u l-ebda mewt ma kienet irreġistrata.  

F’Western Australia kien hemm 2,137 każ ġdid tal-COVID-19, imma l-ebda mewt, waqt li 21 persuna bħalissa qegħdin l-isptar.  

F’South Australia 106 persuni bħalissa qegħdin l-isptar bil-COVID-19 u 9 minnhom fl-ICU, persuna waħda qegħda fuq ventilator. Kien hemm 2 imwiet u 2,047 każ ġdid.

Fin-Northern Territory kien hemm 660 każ ġdid tal-COVID-19 u mewt waħda.  48 persuna issa jinsabu l-isptar b’2 pazjenti fl-ICU.





Fejn issib klinika tal-ittestjar tal-COVID-19



Irreġistra r-riżultati tar-RAT hawnhekk, jekk tkun pożittiv/a 



Jekk ikollok bżonn għajnuna finanzjarja,  iċċekkja x’inhuma l-għażliet tiegħek


Aqra l-informazzjoni kollha dwar il-COVID-19 bil-Malti fuq l- SBS Coronavirus portal.

 


Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand