COVID-19 - l-aħħar aġġornament: It-tilqim għat-tfal bejn il-5 u 11-il sena mill-10 ta’ Jannar, jgħid il-Prim Ministru

Dan huwa l-aġġornamnet dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għall-10 ta’ Diċembru 2021.

PM Morrison in Sydney

PM Morrison met with the members of public in Sydney and made announcements regarding vaccination rollout for children. Source: AAP Image/Bianca De Marchi

  • Il-Prim Ministru Scott Morrison jgħid li 40 miljun doża tal-vaċċin kienet amministrata fl-Awstralja.
  • Il-Prim Ministru jgħid, li l-Awstralja tgħallmet mill-esperjenza tal-Istati Uniti u l-Kanada bl-introduzzjoni tat-tilqim għat-tfal.
  • It-tfal bejn l-etajiet ta’ 5 snin u 11-il sena se jkunu jistgħu jieħdu t-tilqima Phizer kontra l-COVID-19 fl-Awstralja mix-xahar id-diehel.  Intalbet l-approvazzjoni għat-tilqima Moderna wkoll.
  • Sitta min-nies kienu fil-komunità waqt li kienu infettivi fil-Gold Coast. Skola kienet imniżżla fuq il-lista ta’ postijiet li kienu esposti għall-virus.
  • Fi NSW ma nstabu l-ebda infezzjonijiet ġodda tal-virus il-ġdid Omicron matul il-lejl, imma fdalijiet tal-coronavirus instabu fid-dranaġġ fl-inħawi reġjonali ta’ NSW.
  • Fl-ACT sar magħruf li ma jistgħux isiru appuntamenti għat-tilqim għat-tfal qabel il-provvista tal-vaċċin tkun ikkonfermata minn Pfizer.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19: 

F’Victoria kienu rreġistrati 1,206 każ lokali ġdid u żewġt imwiet.

Fi NSW kienu rreġistrati 516 każ komunitarju ġdid.

Fl-ACT kienu rreġistrati sitt każi, u fi Queensland erbgħa.

Għall-miżuri li hemm bħalissa b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti ċċekkja hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

 

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

 

Għajnuna finanzjarja

Hemm tibdiliet dwar id-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti




Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Share

2 min read

Published

Updated

By SBS/ALC Content

Source: SBS




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now