Il-lockdown fil-Victoria se jkompli sat-Tlieta, 27 ta' Lulju
New South Wales jirreġistra l-ħames mewt tiegħu mill-imxija Covid-19 Delta
Jitħabbru restrizzjonijiet fil-hames livell f'South Australia mis-6:00pm il-lejla
Iktar minn 10.1 miljun Awstraljan irċieva l-ewwel doża, waqt li 2.8 miljun huma vaċċinati kompletament
Victoria
Il-Premjer Daniel Andrews ħabbar li l-lockdown kurrenti se jkun imtawwal sal-11:59pm it-Tlieta, 27 ta' Lulju
Victoria rreġistrat 12 -il każ ġdid lokali ta Covid-19, inkluż każ misterjuż. Disa' mill-każijiet kienu fl-iżolazzjoni matul il-perjodu infettiv. In-numru totali tal-każijiet attivi fil-Victoria huwa ta' 96.
L-ivvjaġġar lejn Victoria bl-użu tal-permessi miż-żoni ħomor se jieqaf temporanjament. Sapport ieħor lin-negozji huwa mistenni jitħabbar għada.
S'issa jinsabu 15, 800 kuntatti qrib u iktar minn 300 sit espost, inklużi siti fuq Philip Island, fin-Nofs in- nhar tal-istat, sa Mildura fil-Majjistral. Sib hawn postijiet tal-każijiet f'lista jew mappa.
New South Wales
New South Wales irreġistra 78 każ trasmess lokalment, b'21 minn dawn infettivi fil-kommunita. Mara ta' ħamsin sena mietet fil-Lbiċ ta' Sydney. Il-mewt tagħha hija il-61 mewt fi NSW relatata ma' Covid-19 u il-ħames mewt fl-imxija kurrenti.
Service NSW ħarġet l-applikazzjonijiet għall-pakketti finanzjarji ta' dan il-lockdown għall-intrapriżi żgħar u medji. L-applikazzjonjiet jagħlqu fil-11:59pm fit-13 ta' Settembru 2021. Għal iktar informazzjoni, żuru il-linjigwida 2021 COVID-19 business grant – Guidelines.
Sib hawn postijiet tal-każijiet f'lista jew mappa. Il-lockdown kurrenti se jkun imtawwal sa 11:59pm il-Ġimgħa, 30 ta' Lulju.
L-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- South Australia rreġistrat ħames każijiet ġodda ta' Covid-19 fil-kommunita. Il-Premjer Steven Marshall ħabbar restrizzjonijiet tal-ħames livell mis-6:00pm il-lejla sa tal-inqas it-Tlieta, 27 ta' Lulju. Bħalissa jinsabu 16 -il sit espost. Sib hawn postijiet tal-każijiet f'lista.
- Queensland irreġistrat każ wieħed ta' coronavirus trasmess lokalment.
- It-tminn membri tal-ekwipaġġ fuq vapur tal-merkanzija marbut fi Fremantle f'Western Australia kollha ttestjaw fil-pożittiv għall-Covid-19.
Il-COVID-19 Disaster Payment huwa pagament kull ġimgħa għal dawk il-persuni li jgħixu f'postijiet ddikjarati bħala hotspots mill-Commonwealth, fejn ir-restrizzjonijiet li ilhom għaddejjin iktar minn sebat' ijiem ġagħaluhom jesperjenzaw tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol tagħhom jew tilfu dħul. Informazzjoni tinsab b' iktar minn 60 lingwa waqt li servizz multilingwali bit-telefon jinsab fuq 131 202.
Eid al Adha (“Festival of the Sacrifice”) jispiċċa il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju. Huwa importanti li tipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn matul talb ta' Eid al-Fitr billi:
- tagħżel li titlob mid-dar
- tikkanċella ġemgħat kbar
- tilbes il-maskra
- tuża tapit tiegħek għat-talb
MIT TA' COVID-19:
Il-vaċċin ta' COVID-19 mhuwiex sigur għaliex kien żviluppat malajr.
FATT TA' COVID-19:
Kull vaċċin ta' COVID-19 irid jagħddi mir-rekwiżiti stretti tal-Amministrazzjoni Awstraljana tal-Prodotti Terapewtiċi (TGA), għas-sigurta, il-kwalita u l-effettivita' tiegħu qabel ma jkun permess jingħata. It-TGA tkompli tissorvelja mill-qrib il-vaċċini biex tara immedjatament u tirreaġixxi għal kull problema ta' sigurta li tista' tinqala' kemm fl-Awstralja u barra minn hawn.
Fl-Istati Uniti, analiżi tad-data fuq is-saħħa pubblika turi li kważi l-imwiet kollha minn COVID-19 fil-pajjiż - inklużi varjanti differenti - kienu ta' persuni li ma kienux imlaqqma.
F'Ġunju, rapport ippubblikat minn Public Health England sab li 103 mill-223 każ tal-varjant Delta li ttieħdu l-isptar minn Frar ma kienux imlaqqma jew kellhom biss doża waħda.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija
Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt Smart Traveller .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania. Informazzjoni dwar il- COVID-19 vaccine in your language
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ COVID-19 Vaccination Glossary.Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ Appointment Reminder Tool.
Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:NSW Victoria Queensland South Australia ACT Western Australia TasmaniaNorthern Territory
Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju:
