COVID-19 – L-aħħar Aġġornament: L-istat ta’ Victoria jiddikjara Code Brown għall-isptarijiet waqt li n-nazzjon jirreġistra l-aktar ġurnata li fiha mietu nies bil-Covid

Dan huwa l-aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għat-18 ta’ Jannar 2022.

Paramedics are seen tending to their ambulance outside St Vincent hospital in Melbourne.

Paramedics are seen tending to their ambulance outside St Vincent hospital in Melbourne. Source: AAP

  • Rekord ta’ 74 mewt mill-COVID-19 kien rreġistrat fi NSW, Victoria u Queensland. Dan kien l-akbar numru ta’ nies li mietu f’ġurnata waħda bil-pandemija fl-Awstralja.
  • L-istat ta’ Victoria ddikjara emerġenza permezz ta’ Code Brown mal-isptarijiet kollha waqt li l-mewġa tal-Omicron qed tħalli impatt fuq is-servizzi tas-saħħa.
  • Id-Deputat Premier ta’ Victoria James Merlino jgħid li “wasalna f’punt fis-sistema tas-saħħa tagħna fejn qed jinħass sewwa n-nuqqas ta’ ħaddiema tas-saħħa”.
  • L-ordni, li se tapplika wkoll għal sitt sptarijiet reġjonali, tfisser li xi ħaddiema fl-isptarijiet jistgħu jkunu msejħa lura mill-leave, u kura li mhix essenzjali tista’ tkun ittardjata.  
  • Fi NSW kienu rrappurtati 29,830 każ ġdid – il-maġġoranza kienu rreġistrati permezz tal-ittestjar tal-PCR. 2,850 persuna jinsabu l-isptar, b’209 minnhom qegħdin fl-ICU.  
  • Il-gazzetta Sydney Morning Herald rrappurtat li l-1.2 miljun student u studenta jkollhom jagħmlu Rapid Antigen Test darbtejn fil-ġimgħa skont waħda mill-proposti biex jerġgħu lura l-iskola.
  • Fit-Tasmanja min-nofsillejl, dawk il-vjaġġaturi li jkunu mlaqqma kompletamnet ma jkunux meħtieġa biex jirreġistraw l-ivvjaġġar tagħhom jew li jagħmlu test tal-COVID qabel jivvjaġġaw. Madankollu, ir-regoli ma jinbidlux għal dawk li mhumiex imlaqqma.
  • Is-sena skolastika ġdida terġa’ tibda ġimagħtejn tard fi Queensland waqt li l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu deċizjoni biex jittardjaw il-ftuh minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-virus.
  • Waqt li fi Queensland kienu rrappurtati 16-il mewt, il-Ministru tas-Saħħa, Yvette D’Ath ħabbret bidliet fir-regoli tal-viżitaturi fl-isptarijiet biex jitnaqqas il-potenzjal tal-imxija tal-virus madwar faċilitajiet tas-saħħa.  
  • L-Unjoni Ewropea se tagħmel aktar restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar minħabba l-COVID għal dawk li jaslu mill-Awstralja, l-Arġentina u l-Kanada minħabba li n-numru ta' każijiet qed jikbru.  

Numru ta’ stati ħejjew formuli ta’ reġistrazzjoni għar-Rapid Antigen Tests.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi NSW kienu rrappurtati 29,830 każ ġdid, u 36 imwiet, waqt li fil-Victoria kienu rrappurtati 20,180 u 22 mewt.

Fi Queensland kienu rreġistrati 15,962 każ u 16-il mewt, waqt li fit-Tasmanja kienu rrappurtati 1,310 każ.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ara x’tista’ tagħmal u x’ma tistax tagħmel skont l-istat jew territorju fejn toqgħod

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):

COVID-19 Vaccination Glossary

Appointment Reminder Tool.


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 

Victoria 

Queensland 

South Australia 

ACT 

Western Australia 

Tasmania

Northern Territory 


Share

3 min read

Published

Updated




Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps

Listen to our podcasts

Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS

Maltese News

Watch it onDemand

Watch now