- L-istat ta’ Victoria jinsab lura f’lockdown mil-lum. Il-lockdown f’daqqa ta’ ħamest ijiem, se jdum sal-20 ta’ Lulju.
- Fi New South Wales kienu rreġistrati 97 każ lokali tal-COVID-19 illum.
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati sitt każi ġodda lokali tal-COVID-19 fl-ewwel ġurnata ta’ lockdown mal-istat kollu. Id-dipartiment tas-saħħa kkonferma li kien hemm 10 każi ġodda tal-COVID fl-24 siegħa sal-Ġimgħa fil-għodu. Erba’ minn dawn il-każ kienu rrappurtati mill-awtoritajiet. Il-każi kollha huma marbuta ma’ imxijiet li diġà kienu magħrufa. In-numru totali ta’ każi fil-Victoria huwa 36.
Hawnhekk issib il-postijiet tal-każi f’lista jew f’mappa. Il-ħames lockdown mistenni jibqa’ sa 11:59 pm tat-Tlieta, 20 ta’ Lulju.
New South Wales
Fi New South Wales illum kienu rreġistrati 97 każ lokali tal-COVID-19. 29 tal-każi ġodda kienu fil-komunità fil-perjodu kollu li kienu infettivi. 75 persuna ta’ dawn il-każi qegħdin l-isptar, 18 fil-unit tal-kura intensivia u ħamsa fuq ventilators.
Hawnhekk issib, il-postijiet tal-każi f’lista jew f’mappa. Il-lockdown preżenti kien estiż sa 11:59 pm tal-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju.
Fl-aħħar 24 siegħa madwar l-Awstralja
- Queensland se tagħlaq il-fruntieri ma’ Victoria mis-Sibt, 17 ta’ Lulju. F’dan l-istat illum kien irreġistrat każ wieħed ġdid.
- Il-Prim Ministru Scott Morrison ippropona pjan għal miżuri ġodda ta’ sapport għall-pandemija li se japplikaw għal kull ġuriżdizzjoni, suġġetti għal lockdown ta’ sebat ijiem jew itwal minn dak li jkun iddikjarat mill-Commonwealth bħala hotspot tal-COVID-19.
Kwarantina, ivvjaġġar, kliniċi ta’ ttestjar u ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija
Ħtiġijiet ta’ kwarantina u ttestjar huma mmaniġġjati u nfurzati mill-gvernijiet statali u territorjali:
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tapplika online għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li jkunu riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websajt Smart Traveller .
- Aħbarijiet u informazzjoni f’63 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
Informazzjoni dwar il- COVID-19 vaccine in your language
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ COVID-19 Vaccination Glossary.
Hawnhekk issib, traduzzjoni ta’ Appointment Reminder Tool.
Kliniċi ta’ ttestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar ħlas tad-diżastru kaġun tal-pandemija f’kull stat u territorju:
