- Hemm eluf ta’ appuntamenti tat-tilqim fil-Victoria
- Fi NSW, 67.5 fil-mija tan-nies huma mlaqqma kompletament
- Aktar minn 94 fil-mija tan-nies f’Canberra li għandhom aktar minn 12-il sena huma mlaqqma
- Fi Queensland irreġistrati żewġ każi lokali ġodda
Victoria
F’Victoria kienu rreġistrati 1,763 każ lokali ġdid. Dan huwa l-ogħla numru ta’ każi f’ġurnata waħda fl-Awstralja, mindu bdiet il-pandemija. Erbgħa min-nies mietu.
Il-Premier Daniel Andrews jgħid li hemm eluf ta’ appuntamenti għal min irid jieħu t-tilqima tal-Pfizer, AstraZeneca u Moderna.
Millum, l-industrija tal-konstruzzjoni fetħet mill-ġdid għall-ħaddiema li jkunu mlaqqma biss. Dawn permessi li jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol, sakemm iseġwu l-gwidi stretti ta’ sigurtà tal-COVID-19.
Ir-reġjun ta’ Latrobe Valley joħroġ mil-lockdown min-nofsillejl illum.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 608 każi ġodda lokali u sebat imwiet.
Total ta’ 88.5 fil-mija tan-nies li għandhom 16-il sena u aktar ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin, waqt li 67.5 fil-mija kienu mlaqqma kompletament sa 11.59pm tal-Ħadd 3 ta’ Ottubru 2021.
L-ordni biex kulħadd jibqa’ ġewwa kienet estiża sal-11 ta’ Ottubru f’Taree, Forster-Tuncurry u Muswellbrook minħabba ż-żjieda ta’ każi f’dawk l-inħawi.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 33 każ lokali ġdid, b’ta’ lanqas 14 minnhom kienu infettivi fil-komunità.
Total ta’ 94 fil-mija tan-nies li għandhom 12-il sena u aktar ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin, waqt li aktar minn 65 fil-mija ħadu t-tieni doża tagħhom.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- L-Awstralja tinsab fil-mira kif ippjanat li tilħaq 80 fil-mija tal-popolazzjjoni ta’ ‘l fuq minn 16-il sena li tkun imlaqqma sa nofs Novembru.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
