- L-istat ta’ Victoria jintroduċi mill-ġdid konfini skont il-fruntieri
- L-Istat ta’ NSW iħeġġeg lil kulħadd biex jaġixxi bi mġieba sigura rigward il-COVID
- Aktar minn 68 fil-mija tan-nies f’Canberra huma mlaqqma kompletamnt
- Queensland u SA jnaqqsu r-restrizzjonijiet
Victoria
F’Victoria kien irreġistrat 1,839 każ lokali ġdid u ħamest imwiet.
Diversi nħawi tal-gvern lokali ġew magħduda mal-konfini tal-fruntieri inklużi Benalla, Greater Bendigo, Buloke Shire, Loddon, Yarriambiack, Hay, Edward River, Lockhart, Murrumbidgee, Wagga Wagga.
Residenti li għaddew l-aħħar 14-il ġurnata f’dawn il-konfini jistgħu jidħlu u jħallu Victoria mingħajr il-permess.
Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
New South Wales
Fi New South Wales kienu rreġistrati 646 każ lokali ġdid u 11-il mewt. Għalhekk in-numru ta’ mwiet totali relatati mal-COVID, fl-imxija preżenti issa huwa 414.
Fdalijiet tal-virus instabu f’kampjunu tad-drenaġġ f’ Wee Waa fi-reġjun tal-Hunter New England u f’Quirindi u Brewarrina fil-punent ta’ NSW.
L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa Dr Kerry Chant qed tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jilbes il-maskra, iżomm rekord (checking in) ta’ fejn ikun, iżomm id-distanza soċjali u l-aktar importanti li jiżola lilu nnifsu u jittestja għal COVID-19, jekk jissuspetta li għandu sintomi tal-COVID-19.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbkukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
Australian Capital Territory
Fit-territorju kienu rreġistrati 40 każ lokali.
Bħalissa hemm 16-il pazjent tal-COVID fl-isptar, inkluż sitta fil-kura intensiva u ħamsa li jeħtiegu l-ventilazzjoni.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja t-tilqima tiegħek tal-COVID-19.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Inħawi tal-gvern lokali ta’ Brisbane, Logan, Gold Coast, Moreton Bay, Townsville (inkluża Magnetic Island), u Palm Island se jingħaqdu mill-ġdid mal-bqija ta’ Queensland skont it-3 Stadju tar-restrizzjonijiet mill-4pm tallum, il-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru.
- Il-lbic ta’ South Australia jerġa’ lura għall-istess livell ta’ restrizzjonijiet bħall-bqija tal-istat, li bħalissa qiegħed skont l-1 Livell ta’ restrizzjonijiet b’xi miżuri addizzjonali.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
