- In-nies fil-Victoria jistennew biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet li mistennija jibdew mil-lum
- L-awtoritajiet fi NSW iħeġġu lir-residenti biex jiċċelebraw Halloween bla periklu tal-COVOD-19
- L-istat ta’ Victoria b’aktar regoli stretti rigward eżenzjonijiet mediċi f’dak li għandu x’jaqsam tat-tilqima tal-COVID-19
VICTORIA
Fl-istat ta’ Victoria kienu rreġistrati 1,656 każ lokali ġdid tal-COVID-19 u 10 imwiet, waqt li l-istat qed jipprepara għal aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet mis-6pm tal-lejla.
Ħwienet mhux essenzjali se jerġgħu jiftħu llum għall-ewwel darba wara ġimgħat magħluqin, u n-numru limitat ta’ dawk li jistgħu jattendu restoranti, pabbs, u ħwienet tal-kafè se jiżdied.
Il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar bejn Melbourne u Victoria reġjonali se tispiċċa. Hekk ma jkunx hemm restrizzjonijiet tal-moviment fl-istat kollu ta’ Victoria, b’residenti fl-inħawi metropolitani mistennija li jżuru r-reġjuni għal tmiem il-ġimgħa tal-Melbourne Cup.
Il-maskri m’humiex aktar meħtieġa li jintlibsu barra, imma għandhom jibqghu jntlibsu ġewwa.
Ikklikkja hawnhekk biex tibbukkja appuntament għat-tilqima tiegħek illum.
New South Wales
Fi NSW kienu rreġistrati 268 każ lokali ġdid u żewġt imwiet.
In-nies huma mitluba li jiċċelebraw Halloween fi tmiem din il-ġimgħa bla periklu tal-COVID-19. Iċċelebraw din l-okkażjoni barra minflok fil-magħluq, ipprovdi ħelu u affarijiet oħra żgħar tal-ikel ppakkjati, minflok fi skutelli u platti fejn kulħadd juża jdejh. U kkunsidra modi oħra kif tqassam il-ħelu. Hawnhekk issib ċentru tat-tilqim viċin tiegħek.
Madwar l-Awstralja fl-aħħar 24 siegħa
- Fl-ACT kienu rreġistrati 10 każi ġodda. Hekk in-numru ta’ każi attivi huwa ta’ 234.
- Informazzjoni ġdida mill-Bureau Awstraljan tal-Istatistika turi li dawk li twieldu barra l-Awstralja kellhom rata ta’ mewt tal-COVID-19 ta’ 4.2 kull 100,000 persuna, imqabbla ma’ waħda ta’ 2.0 ta’ dawk li twieldu fl-Awstralja.
- L-istat ta’ Victoria se jagħmel regoli aktar stretti dwar l-eżenzjonijiet mediċi tat-tilqim tal-COVID-19, wara li nies inqabdu jfittxu tabib biex jagħtihom eżenzjoni.
Kwarantina u ħtiġijiet tal-ittestjar huma mmaniġġjati u implimentati mill-gvernijiet statali u territorjali.
NSW Travel & transport and Quarantine
VIC Travel permit, Overseas travellers and Quarantine
ACT Transport and Quarantine
NT Travel and Quarantine
QLD Travel and Quarantine
SA Travel and Quarantine
TAS Travel and Quarantine
WA Travel and Quarantine
Jekk trid tivvjaġġa barra l-Awstralja, tista’ tagħmel hekk billi tapplika onlajn għal eżenzjoni. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex tħalli l-Awstralja. Hemm miżuri temporanji għal titjiriet internazzjonali li huma riveduti regolarment mill-gvern u aġġornati fuq il-websjat ta’ Smart Traveller.
- Aħbarijiet u informazzjoni f’aktar minn 60 lingwa f’ sbs.com.au/coronavirus
- Linji gwida relevanti għall-istat jew territorju fejn toqgħod: NSW, Victoria, Queensland, Western Australia, South Australia, Northern Territory, ACT, Tasmania.
- Informazzjoni dwar COVID-19 vaccine in your language.
Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):
Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:
Informazzjoni dwar il-Pandemic disaster payment f’kull stat u territorju:
