COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Il-Premier ta’ WA jibdel fehemtu dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri fi Frar waqt li fl-Awstralja kienu rreġistrati 80 mewt

Dan huwa l-aħħar aġġornament dwar il-Coronavirus fl-Awstralja għal 21 ta’ Jannar, 2022.

WA Premier Mark McGowan speaks during an announcement in Perth, Monday, December 13, 2021.

WA Premier Mark McGowan speaks during an announcement in Perth, Monday, December 13, 2021. Source: AAP

  • Il-Premier ta’ West Australia Mark McGowan bidel fehemtu dwar il-wegħda tiegħu li jiftaħ mill-ġdid il-fruntieri tal-istat fil-5 ta’ Frar u jgħid li jkun “bla ħsieb u irresponsabbli” li jkompli b’dan il-pjan, meta wieħed iqis iż-żjieda fil-każijiet tal-Omicron mal-pajjiż kollu.
  • Il-Premier Mark McGowan wera t-tħassib tiegħu li żewġ dożi tal-vaċċin joffru protezzjoni limitata kontra l-Omicron u jinsisti li hemm bżonn ta’ aktar żmien biex tiżdied ir-rata tal-booster.
  • Il-Kap tal-Assoċjazzjoni Medika Awstraljana Dr Omar Khorshid ħadha kontra d-deċiżjoni ta’ McGowan u jgħid li l-fruntiera tal-istat “għandha tinfetaħ”.  
  • Il-Ġimgħa, fi NSW kienu rrappurtati 46 mewt bil-COVID-19, l-ogħla numru ta’ mwiet fl-istat mindu bdiet il-pandemija. F’Victoria kienu rrappurtati 20 mewt, fi Queensland 13 u fit-Tasmanja mewt waħda.
  • In-numru ta’ nies fl-isptar kemm fi NSW u f’Victoria naqas f’dawn l-aħħar 24 siegħa – nuqqas ta’ disgħa fil-mija fil-Victoria minn 1,206 għal 1,096 u aktar minn wieħed fil-mija fi NSW, minn 2,781 għal 2,743.
  • L-Uffiċjal Ewlieni tas-Saħħa fi NSW Kerry Chant qalet “diversi indikaturi” juru li l-imxija tal-virus qed tonqos fil-komunità.
  • Il-Premier ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk ħabbret li minn nhar it-Tnejn, in-nies fi Queensland se jkunu eliġibbli għat-tilqima tal-booster kontra l-COVID tliet xhur wara t-tieni tilqima.
  • Il-Pulizija Federali Awstraljana nidiet investigazzjoni dwar il-prezzijiet għolja li bih qegħdin jinbiegħu r-rapid antigen tests f’ċerti postijiet.
  • L-Union statali tal-paramediċi u l-operaturi ta’ call-centre wissew li s-servizz ta’ rispons għal telefonati għall-ambulanzi fil-Victoria, qed jopera b’numru limitat ħafna ta’ ħaddiema, ftit xhur biss wara li missier ta’ tlett itfal miet wara li stenna għal 25 minuta għal ambulanza f’Melbourne.
  • Kważi 30 produtturi tal-mediċina ġenerika fl-Afrika, l-Asja u l-Lvant Nofsani se jagħmlu verżjonijiet irħas tal-pillola Merck & Co's COVID-19, skont ftehim bl-għajnuna tan-Nazzjonijiet Unititi biex pajjiżi aktar fqar ikollhom aktar aċċess għall-pilloli li jservu bħala arma fil-ġlieda kontra l-pandameija.  
Numru ta’ stati ħejjew formuli ta’ reġistrazzjoni għar-Rapid Antigen Tests.

STATISTIKA DWAR IL-COVID-19:

Fi NSW kienu rrappurtati 25,168 każ ġdid u 46 mewt, waqt li f’Victoria kienu rreġistrati 18,167 każ u 20 mewt.

Fi Queesnland kienu rreġistrati 16,031 każ ġdid u 13-il mewt, waqt li fit-Tasmanja kienu rreġistrati 866 każ u mewt waħda.

Għall-miżuri preżenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 bil-Malti, iċċekkja, hawnhekk.


Kwarantina u restrizzjonijiet skont kull stat partikulari:

Ivvjaġġar

Informazzjoni għal vjaġġaturi internazzjonali u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u l-Covid-19  b’diversi lingwi

Għajnuna finanzjarja

Hemm bidliet fid-Disaster Payment għall-COVID-19 meta l-istati jilħqu 70 u 80 fil-mija tal-popolazzjoni tagħhom li tkun imlaqqma kompletament:  Kif tikseb għajnuna waqt il-Covid-19 minn Services Australia b’lingwi differenti



Iċċekkja r-riżorsi maqlubin bil-lingwa tiegħek ippubblikati mis-Servizz ta’ Komunikazzjoni tas-Saħħa Multikulturali ta’ NSW (NSW Multicultural Health Communication Service):


Kliniċi tal-ittestjar f’kull stat u territorju:

NSW 
ACT 

Share

Published

Updated


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand
COVID-19 – l-aħħar aġġornament: Il-Premier ta’ WA jibdel fehemtu dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntieri fi Frar waqt li fl-Awstralja kienu rreġistrati 80 mewt | SBS Maltese